Ħarsa ġenerali​

Din il-miżura hija maħsuba biex tappoġġja l-iżvilupp ta' Negozji tal-Familja fil-bini ta' kapaċitajiet interni, u tgħin fit-trasferiment tal-attività tan-negozju tagħhom.

X’se tingħata

L-għajnuna tipprovdi konsulenza waqt it-tranżizzjoni tan-negozju u l-aċċess għal taħriġ speċifiku meqjus ta' benefiċċju biex jiffaċilita t-tkabbir tan-Negozju tal-Familja.

Eliġibbiltà​​

Dan l-inċentiv huwa miftuħ għall-impriżi reġistrati bħala Negozju tal-Familja.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha lil:

Korporazzjoni Malta Enterprise
Malta Industrial Parks Ltd
Gwardamangia Hill
Pietà MEC 0001
Għal aktar informazzjoni dwar din l-iskema, kif ukoll informazzjoni u gwida dwar il-mili tal-formola tal-applikazzjoni tista' tinkiseb billi tikkuntattja l-uffiċċju Business 1st fuq 144.
applika