Ħarsa ġenerali​

L-Awtorità dwar il-Logħob titlob li din il-formola timtela minn kull persuna li tkun trid tikseb liċenzja għal Magna tal-Logħob tad-Divertiment biex iżżomm magna tal-logħob tad-divertiment f'post aċċessibbli mill-pubbliku li hu ġestit, immexxi jew mod ieħor ikkontrollat minnha f'Malta.

X’se tingħata

Il-liżenzji ta' Klassi 2 tkopri ż-żamma minn kull persuna, f'kull post aċċessibbli mill-pubbliku li hu ġestit, immexxi jew mod ieħor ikkontrollat minnha, ta' magni tal-logħob għad-divertiment. Il-liċenzji jingħataw għal terminu ta' sena, u jiġġeddu awtomatikament kemm-il darba r-rekwiżiti tal-liġi u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja jkunu osservati.

Eliġibbiltà​​

L-Awtorità dwar il-Logħob (GA) ma tagħtix liċenzja tal-Klassi 2 lil persuna jekk ma tkunx sodisfatta li l-persuna msemmija hija idonea, waqt li tkkunsidra:
i) Il-karattru u r-reputazzjoni tan-negozju tal-applikant u kull persuna msieħba.
ii) Affarijiet oħra simili li jistgħu jiġu inklużi fid-direttivi tal-GA.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla din il-formola u ibgħatha lil:

L-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob
Binja SMCO2-03
Level 4
Smart City Malta
Rikażli SCM 1001

Flimkien ma':
i) Prova tat-titlu fuq, jew il-permess biex tistabbilixxi, il-fond.
ii) Informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tal-applikant.
iii) Deskrizzjoni tan-natura, lok u dimensjonijiet tal-fond li għalihom tkun qed tintbagħat l-applikazzjoni.
iv) Pjanta fuq skala tal-fond imsemmi.
v) Diagrams li jindikaw b'mod ċar iż-żona approvata proposta fil-fond li għalihom tkun qed tintbagħat l-applikazzjoni.
vi) Dikjarazzjoni fuq il-formola preskritta mill-Awtorità, li l-fond mhux se jintuża biex jitqiegħed fih apparat għal-logħob.
vii) Formola tal-applikazzjoni għal Dikjarazzjoni Privata għall-Magni tal-logħob tad-Divertiment.
applika