Ħarsa ġenerali​

L-Awtorità dwar il-Logħob (GA) tikkunsidra li r-Regolamenti dwar Magni tal-Logħob għad-Divertiment (L.N. 74 tal-2011) maħruġa skont l-Att dwar Lotteriji u Logħob Ieħor (Kap. 438 tal-Liġijiet ta' Malta) jagħtu s-setgħa lill-GA biex titlob lil kull persuna li jkollha liċenzja tal-Klassi 1 u tkun qed tagħmel attivitajiet stabbiliti bir-Reg. 3(1)(b) u (ċ) biex l-ewwel jiskbu l-approvazzjoni tal-GA u reġistrazzjoni tal-magni tal-logħob għad-divertiment u għalhekk jimlew din il-formola.

X’se tingħata

Ladarba l-informazzjoni li tkun intbagħtet tiġi eżaminata, l-applikanti jingħataw approvazzjoni biex joffru magna tal-logħob tad-divertiment skont il-liċenzja tal-Klassi 1.

Eliġibbiltà​​

It-tqegħid fis-suq, distribuzzjoni, provvista, bejgħ, kiri, trasferiment jew operat ta' magni tal-logħob tad-divertiment jinħtieġu li l-magni nfushom ikunu approvati u rreġistrati mill-Awtorità dwar il-Logħob wara applikazzjoni għal dan l-iskop. Għalhekk l-applikanti li jixtiequ japplikaw għal-liċenzja ta' magni tal-logħob tad-divertiment ta' Klassi 1 huma meħtieġa li japplikaw għall-approvazzjoni u reġistrazzjoni tal-magni tal-logħob tad-divetiment rispettivi.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla din il-formola u ibgħatha lil:

L-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob
Binja SCM O2-03, Livell 4
SmartCity Malta
Rikażli SCM 1001
Malta

Flimkien ma':
i) Ċertifikat ta' produttur ta' magni tal-logħob għad-divertiment b'konformità mal-Liġi u standards tal-UE.
ii) Manwali, inklużi manwali ta' software, u kull dokument ieħor maħruġa mill-produttur tal-magna tal-logħob għad-divertiment, li jkun fihom:-
a) Deskrizzjoni sħiħa tal-magna/i tal-logħob għad-divertiment;
b) Tema tal-logħba ta' divertiment li tista' tintlagħab fuqha;
ċ) Struzzjonijiet li għandu jobdi kull min jilgħabha; u
d) Ir-regoli kollha tal-logħba/logħob għad-divertiment li jistgħu jilagħbu fuqha.
iii) Id-dettalji tal-liċenzja miżmuma mill-applikant.
iv) Id-dettalji tal-fond fejn il-magna se tinżamm u d-dettalji ta' dak li għandu l-liċenzja relattiva għall-Klassi 2.
v) Dikjarazzjoni ta' konformità mat-termini ta' dawn ir-regolamenti.
vi) Prova tat-titlu legali tal-applikant fuq il-magna tal-logħob għal divertiment, jew il-ftehim/ftehimiet li jirregolaw ir-relazzjoni kummerċjali bejn is-sid/bejjiegħ/distributur tal-magna tal-logħob għad-divertiment u l-applikant.
vii) Il-ħlas tar-reġistrazzjoni ma jitħallasx lura.
applika