Overview
Dak li għandu l-Liċenzja tal-Klassi Nru 3 ma jistax jagħmel disponibbli biex jintuża, iżomm, u jħaddem apparat għal-logħob f'kull fond għajr meta l-fond ikun approvat mill-Awtorità dwar il-Logħob u jinħareġ ċertifikat ta' approvazzjoni f'dan ir-rigward.
What You'll Get
L-Awtorità dwar il-Logħob tista' toħroġ l-approvazzjoni tagħha, li tkun valida għal terminu ta' sena, rinovabbli kull perjodu ieħor ta' sena.
Eligibility
L-Awtorità dwar il-Logħob (GA) tapprova biss post (fond) li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
i) Il-post jiġi operat, ġestit jew mod ieħor ikkontrollat minn persuni li l-GA tqishom bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti għat-test ta' kemm huma idonei.
ii) Il-post għandu jkollu, bħala skop uniku u esklużiv, li joffri l-logħob ipprovdut permezz tal-apparat għal-logħob relevanti.
iii) Kull punt ta' dħul u l-punti kollha tad-dħul għall-post ikunu allokati f'distanza ta' raġġ ta' mhux anqas minn 75 metru mill-punti rispettivi ta' dħul fil-perimetru ta' postijiet, allokazzjonijiet, fondi jew stabbilimenti li jistgħu jiġu deċiżi mill-GA minn żmien għal żmien permezz ta' direttivi.
iv) Il-fond ikollu kontrolli ta' dħul ristrett f'punti ta' dħul.
v) Il-fond ikollu mhux aktar minn apparat relevanti wieħed għal-logħob kull 2 metri kwadri f'erja li fiha jsir il-logħob permezz ta' apparat relevanti. B'kollox il-fond għandu jkollu mhux aktar minn 10 units ta' apparat għal-logħob u b'żieda ma' dan fil-każ ta' apparat relevanti għal-logħob magħmul jew adattat b'mod li jippermetti lil aktar minn ġugatur wieħed li juża dan l-apparat fl-istess ħin. Għall-iskopijiet tal-limitazzjonijiet stipulati f'dan il-paragrafu, in-numru ta' dawn il-units ta' apparat għal-logħob għandu jkun multiplikat bit-total ta' ġugaturi li jużaw flimkien il-units ta' apparat għal-logħob.
vi) Il-post jindika fuq kull punt ta' dħul, permezz ta' plakka ta' identifikazzjoni maħruġa mill-GA, li dan il-post huwa post approvat.
vii) Il-post huma mgħammar bi closed circuit television cameras li jaħdmu 24 siegħa kuljum, kull ġurnata tal-ġimgħa, u li fuqhom jidhru l-units kollha ta' apparat għal-logħob u jkunu maħżuna għal tal-anqas 60 jum.
viii) Il-fond ikun konformi ma' kull speċifikazzjoni, regoli jew policies oħra stipulati mill-GA.
Application Requirements
Ipprintja u imla din il-formola u ibgħatha lil:
L-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob
Binja SMCO2-03
Level 4
Smart City Malta
Rikażli SCM 1001
Flimkien ma':
i) Id-dettalji ta' min għandu l-liċenzja ta' Klassi 3 li jkun qed japplika għall-approvazzjoni tal-fond.
ii) Deskrizzjoni tan-natura, lok u dimensjoni tal-fond.
iii) Pjanta fuq skala tal-fond.
iv) Diagrams li jindikaw b'mod ċar fejn se jkunu allokati l-units ta' apparat għal-logħob fil-fond relevanti.
v) Il-permess tal-iżvilupp maħruġ mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-fond.
vi) Kull dokument ieħor li jista' jiġi speċifikat mill-Awtorità fuq il-formola.
Timeline
[{"Id":"385399f0-049d-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Malta Gaming Authority","AddressLine1":"Building SCM 02-03, Level 4,","AddressLine2":"SmartCity Malta,","AddressLine3":null,"AddressCity":"Kalkara","AddressPostalCode":"SCM 1001","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2546 9000","AddressEmail":"info.mga@mga.org.mt","Duration":null},{"Id":"a55499f0-049d-e911-80d5-005056860673","StageName":"Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"Malta Gaming Authority","AddressLine1":"Building SCM 02-03, Level 4,","AddressLine2":"SmartCity Malta,","AddressLine3":null,"AddressCity":"Kalkara","AddressPostalCode":"SCM 1001","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2546 9000","AddressEmail":"info.mga@mga.org.mt","Duration":"Xahar"},{"Id":"215699f0-049d-e911-80d5-005056860673","StageName":"Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":3,"AddressName":"Malta Gaming Authority","AddressLine1":"Building SCM 02-03, Level 4,","AddressLine2":"SmartCity Malta,","AddressLine3":null,"AddressCity":"Kalkara","AddressPostalCode":"SCM 1001","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2546 9000","AddressEmail":"info.mga@mga.org.mt","Duration":"Jumejn"},{"Id":"c05799f0-049d-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":4,"AddressName":"Malta Gaming Authority","AddressLine1":"Building SCM 02-03, Level 4,","AddressLine2":"SmartCity Malta,","AddressLine3":null,"AddressCity":"Kalkara","AddressPostalCode":"SCM 1001","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2546 9000","AddressEmail":"info.mga@mga.org.mt","Duration":"Ġurnata"}]
applika