Ħarsa ġenerali​

Meta tkun meħtieġa l-approvazzjoni tal-Awtorità dwar il-Logħob (GA) biex jinżamm apparat għal-logħob, l-applikanti jkollhom jippreżentaw ukoll il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) meħtieġ li jkopri l-fond. Bħala parti mill-proċess biex jinkiseb il-permess mill-PA, l-applikanti għandhom l-ewwel japplikaw biex jiksbu Ċertifikat li ma Hemmx Oġġezzjoni mill-GA, kif speċifikat fid-Direttiva tal-MGA tal-2011, u jippreżentawha lill-PA. Wara li jiksbu l-permess mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA), l-applikanti jistgħu jkomplu billi japplikaw għall-permess mill-PA. Ladarba jinħareġ il-permess mill-PA, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' apparat għal-logħob tiġi pproċessata mill-MGA. Għall-finijiet tar-Regolamenti dwar l-Apparat għal-Logħob (S.L. 438.07), 'post' tfisser kull fejn issir attività jew struttura fiżika oħra u 'gaming parlour' tfisser kull post fejn jintuża, jitqiegħed jew jitħaddem apparat għal-logħob.

X’se tingħata

Ċertifikat tal-Ebda Oġġezzjoni jista' jingħata mill-Awtorità dwar il-Logħob lil persuna rigward kull post, bħala ċertifikat li m'għandha ebda oġġezzjoni fuq il-lokazzjoni tal-post.

Eliġibbiltà​​

Kull operatur li jixtieq japplika għal żvilupp mal-PA għal-lokazzjonijiet proposti minnu maħsuba biex jintużaw bħala gaming parlour huwa meħtieġ li l-ewwel jikseb iċ-Ċertifikat tal-Ebda Oġġezzjoni mill-GA.

Ċertifikat tal-Ebda Oġġezzjoni jista' jinħareġ biss rigward il-fond li huwa prima facie konformi mad-Direttiva tal-2011 dwar il-Lokazzjonijiet ta' Gaming Parlours. Il-GA tista' taħtar perit indipendenti biex jagħmel verifika tal-fond propost, a spejjeż tal-applikant, sabiex tassigura li lokazzjoni bħal din tkun konformi mad-Direttiva rispettiva, qabel ma tagħti Ċertifikat tal-Ebda Oġġezzjoni rigward kull gaming parlour propost.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla din il-formola u ibgħatha lil:
L-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob
Binja SMCO2-03
Level 4
Smart City Malta
Rikażli SCM 1001

Flimkien ma':
i) Pjanta tal-allokazzjoni proposta.
ii) Pjanta (Skala 1:100) tal-fond maħsub biex jintuża bħala gaming parlour. Il-pjanta għandha tal-anqas tindika:
a) L-erja f'metri kwadri;
b) Il-perimetru tal-fond;
ċ) Fejn il-fond jinkludi, jew jikkonsisti minn, binja jew aktar, il-lokazzjoni ta' kull ħajt estern jew intern ta' kull bini simili u mezzi ta' dħul bejn il-binjiet, jekk ikun hemm;
d) Fejn il-fond jagħmel parti minn fondi oħrajn, fejn huwa allokat kull ħajt estern jew intern tal-binja li hu inkluż fil-fond;
e) Fejn ikun allokat kull punt ta' kull entatura tal-fond, inkluża f'kull każ deskrizzjoni tal-post minn fejn jidħlu jew għalfejn jagħti l-ftuħ minn fejn joħorġu;
ii) Dijarazzjoni mimlija kif suppost minn perit għandha tkun mehmuża mal-formola tal-applikazzjoni kif meħtieġ, li għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-fond propost huwa 'l hinn mir-radial distance proposta ta' 75 metru mil-lokazzjonijiet stipulati kif elenkati fl-Artiklu 4 tad-Direttiva tal-2011 dwar l-Allokazzjonijiet ta' Gaming Parlours.
applika