Overview
Din il-formola għandhom jimlewha dawk li għandhom liċenzja għal każinò u li jixtiequ jospitaw junkets, sabiex japplikaw biex tinħarġilhom liċenzja għal junket leader. Dak li għandu l-liċenzja għandu jgħarraf bil-miktub lill-Awtorità dwar il-Logħob bil-wasla proposta ta' persuna jew grupp ta' persuni għall-każinò bl-iskop ta' junket gaming tal-anqas 48 siegħa qabel ma jaslu Malta.
What You'll Get
L-applikazzjoni tiġi proċessata biex tikkonferma li l-applikant propost huwa adatt u xieraq biex ikun impjegat bħala Junket Leader. Jekk ir-rekwiżiti jkunu kollha sodisfatti, l-Awtorità dwar il-Logħob toħroġ il-liċenzja ta' junket leader. Il-liċenzja tista' tkun valida għal perjodu li ma jaqbizx il-5 snin, u tista' tiġi mġedda wara.
Eligibility
Kull persuna li għandha d-domiċilju tagħha u toqgħod barra minn Malta tista' tapplika għall-promozzjoni u organizzazzjoni ta' żjarat minn persuna jew gruppi ta' persuni għall-każinò bl-iskop ta' junket gaming.
F'kull każ, fejn il-junket ikun jikkonsisti minn persuna waħda biss, dik il-persuna tkun meħtieġa li tiddepożita tal-anqas €4,658.75 mal-persuna li għandha l-liċenzja tal-każinò biex ikunu disponibbli għall-iskop li jilgħab mal-każinò. Fejn il-junket jikkonsisti f'aktar minn persuna waħda, kull persuna tkun meħtieġa tiddepożita tal-anqas €2,329.37 mal-persuna li għandha l-liċenzja tal-każinò biex ikunu disponibbli għall-iskop li jilgħab mal-każinò.
Application Requirements
Ipprintja u imla din il-formola u ibgħatha lil:
L-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob
Binja SMCO2-03
Level 4
Smart City Malta
Rikażli SCM 1001
Din il-formola għandha timtela mill-
Junket Leader u tintbagħat lill-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob mill-persuna li għandha l-liċenzja tal-Każinò. Din l-applikazzjoni għandha ssir tal-anqas 14-il jum mid-data ta' meta jibdew is-servizzi mill-
junket leader.
Timeline
[{"Id":"f2aca4f6-049d-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Malta Gaming Authority","AddressLine1":"Building SCM 02-03, Level 4,","AddressLine2":"SmartCity Malta,","AddressLine3":null,"AddressCity":"Kalkara","AddressPostalCode":"SCM 1001","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2546 9000","AddressEmail":"info.mga@mga.org.mt","Duration":null},{"Id":"0eaea4f6-049d-e911-80d5-005056860673","StageName":"Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni","StageNumber":2,"AddressName":"Malta Gaming Authority","AddressLine1":"Building SCM 02-03, Level 4,","AddressLine2":"SmartCity Malta,","AddressLine3":null,"AddressCity":"Kalkara","AddressPostalCode":"SCM 1001","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2546 9000","AddressEmail":"info.mga@mga.org.mt","Duration":"10 ijiem"},{"Id":"c1ed9cfc-049d-e911-80d5-005056860673","StageName":"Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":3,"AddressName":"Malta Gaming Authority","AddressLine1":"Building SCM 02-03, Level 4,","AddressLine2":"SmartCity Malta,","AddressLine3":null,"AddressCity":"Kalkara","AddressPostalCode":"SCM 1001","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2546 9000","AddressEmail":"info.mga@mga.org.mt","Duration":"5 ijiem"},{"Id":"9aee9cfc-049d-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":4,"AddressName":"Malta Gaming Authority","AddressLine1":"Building SCM 02-03, Level 4,","AddressLine2":"SmartCity Malta,","AddressLine3":null,"AddressCity":"Kalkara","AddressPostalCode":"SCM 1001","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2546 9000","AddressEmail":"info.mga@mga.org.mt","Duration":"Ġurnata"}]
applika