Ħarsa ġenerali​

L-iskema ta' pariri hija maħsuba biex tipprovdi lill-intrapriżi fin-negozju li joperaw f'Malta servizzi ta' pariri skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħhom. Prijoritajiet tan-negozju jinbidlu minħabba diversi fatturi li jinkludu ambjent soċjoekonomiku u kemm tkun ilha taħdem l-intrapriża. Waqt li intrapriża li għadha tibda tista' tagħti prijorità lill-finanzjament u biex tidħol fis-suq, intrapriża li tkun aktar stabbilita tagħti prijorità biex tidħol fi swieq ġodda, tibdel il-management, innovazzjoni u governanza korporattiva. Il-Malta Enterprise stabbiliet tim ta' konsulenti tan-negozju li għandhom kapaċitajiet biex jindirizzaw il-bżonnijiet tal-intrapriżi fi stadji differenti ta' żvilupp. Is-servizz tal-pariri għan-negozju jingħata bl-iskop li jagħti appoġġ lil intrapriżi biex jagħrfu l-punti tajbin u jegħlbu l-punti debboli f'setturi speċifiċi. Is-servizz joffri firxa ta' konsulenti tan-negozju u jsir kull sforz biex iqabbel il-konsulent adatt mal-bżonnijiet speċifiċi tal-applikant.

X’se tingħata

Servizzi ta' pariri dwar in-negozju 10 sigħat one-to-one ma' wieħed mill-konsulenti tal-Malta Enterprise.

Eliġibbiltà​​

L-individwi u intrapriżi huma eliġibbli għall-għajnuna skont din l-iskema kollha.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:
Malta Enterprise Corporation
Malta Industrial Parks Ltd
Gwardamanġa Hill
Pietà MEC 0001
applika