Ħarsa ġenerali​

Din il-formola għandha tintuża minn intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra li jixtiequ li jgħaqqdu kontinġent ta' intrapriżi bbażati f'Malta biex jieħdu sehem f'fiera partikulari. L-iskop ta' dan l-inċentiv hu li jiffaċilita aċċess għal swieq barranin billi jippermetti lill-intrapriżi li jesploraw opportunitajiet ta' tkabbir, jistabbilixxu kuntatti ta' negozju u jikkonsolidaw swieq eżistenti.

X’se tingħata

L-iskema tipprovdi finanzjament parzjali lil impriżi kummerċjali biex jieħdu sehem f'avvenimenti internazzjonali kummerċjali, fieri u trade missions.

Eliġibbiltà​​

Intrapriżi impenjati f'attività ekonomika f'Malta, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex ikunu eliġibbli kif speċifikat fl-Incentive Guidelines.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Fil-każ ta' parteċipazzjoni f'fieri kummerċjali, networking events u avvenimenti oħra, l-applikazzjoni għandha tintbagħat tal-anqas 3 xhur qabel l-ewwel jum tal-avveniment. L-għajnuna skont dan l-inċentiv hija soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel mill-Malta Enterprise u tingħata fid-diskrezzjoni biss tal-Malta Enterprise.
applika