Ħarsa ġenerali​

Għalliema li jgħallmu fl-edukazzjoni obbligatorja huma mitluba mil-Liġi biex ikollhom tal-anqas warrant temporanju.

X’se tingħata

Warrant temporanju ta' għalliem.

Eliġibbiltà​​

Għalliema fl-edukazzjoni obbligatorja.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha lil:

Is-Segretarju
Il-Kunsill tad-Direttorat tal-Edukazzjoni tal-Professjoni tal-Għalliema
Uffiċċju Nru. 122
Triq l-Assedju l-Kbir
Floriana VLT 2000

Dokumenti meħtieġa:

i) Ċertifikat oriġinali tal-Kondotta mill-Pulizija u dokumenti relevanti (fejn japplika) maħruġa fl-aħħar xahar.
ii) Għal skejjel mhux tal-istat biss: ibgħat ukoll kopja tal-approvazzjoni tal-ħatra maħruġa mit-Taqsima tal-Konformità Regolatorja tal-Edukazzjoni, Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, għas-sena skolastika li ġejja.

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
applika