Ħarsa ġenerali​

Għalliema li fi snin preċedenti nħarġilhom warrant temporanju, u li qed jipprattikaw il-professjoni waqt li m'għandhomx warrant permanenti, għandhom japplikaw biex jiġġeddilhom il-warrant temporanju.

X’se tingħata

Tiġdid ta' warrant temporanju ta' għalliem.

Eliġibbiltà​​

Għalliema fl-edukazzjoni obbligatorja.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ibgħatha lil: Is-Segretarju Il-Kunsill tad-Direttorat tal-Edukazzjoni tal-Professjoni tal-Għalliema Uffiċċju Nru. 122 Triq l-Assedju l-Kbir Floriana VLT 2000 Dokumenti meħtieġa: i) Ċertifikat oriġinali tal-Kondotta mill-Pulizija u dokumenti relevanti (fejn japplika) maħruġa fl-aħħar xahar. ii) Għal skejjel mhux tal-istat biss: ibgħat ukoll kopja tal-approvazzjoni tal-ħatra maħruġa mit-Taqsima tal-Konformità Regolatorja tal-Edukazzjoni, Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, għas-sena skolastika li ġejja.
applika