Ħarsa ġenerali​

Permezz ta' din il-formola, grupp ta' persuni li għandhom warrant ta' Perit jistgħu jirreġistraw bħala soċjetà skont l-Artikolu 9 tal-Att tal-1996 dwar il-Periti.

X’se tingħata

Jippermetti lil grupp ta' detenturi li jaġixxu flimkien, jaqsmu r-responsabbiltajiet u l-obbligi skont l-Att dwar il-Periti. Jippermetti wkoll soċjetà li tuża l-isem 'Periti'.

Eliġibbiltà​​

Fil-każ fejn il-kandidat ma kellu l-ebda esperjenza prattika, u biħsiebu jikseb din l-esperjenza f’Malta, il-Bord jipprovdi t-taħriġ prattiku meħtieġ, inkluża l-esperjenza rakkomandata fir-record book, li hi meħtieġa biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi biex jingħata l-warrant. Meta jkun qed jagħmel it-taħriġ prattiku taħt superviżjoni, il-kandidat għandu jelenka x-xogħol li jkun għamel taħt superviżjoni ta’ perit bil-warrant, matul perjodu speċifiku, fl-Experience Record Book, u jikseb l-approvazzjoni tal-perit bil-warrant li jkun qed jissorveljah għan-notamenti li jkun għamel. L-Experience Record Book rakkomandat jista’ jinkiseb mill-uffiċċji tal-Warranting Board. Il-kwalifiki meħtieġa għal kandidat biex ikun ikkunsidrat biex jingħata l-warrant huma mfissra fid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3 u 4 tal-Att dwar il-Periti, Kapitolu 390 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Il-kwalifiki akkademiċi neċessarji normalment jinksibu wara li jkunu temmew b’suċċess il-kors ta’ studju, li tal-anqas idum 4 snin, (fl-Università ta’ Malta, jew f’kull istituzzjoni oħra rikonoxxuta), li jkopru s-suġġetti prinċipali, kif imfissra fl-iskeda ppubblikata fl-Avviż Legali 39 tal-2002, jew emendi tagħha li ħarġu wara.

Għal kandidati li ma jissodisfawx minnufih dawn ir-rekwiżiti, il-kwalifiki akkademiċi jiġu assessjati mill-Warranting Board skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(d)(i) jew l-Artikolu 4 tal-Att dwar il-Periti, u l-leġiżlazzjoni sussidjarja relattiva.

Kif tapplika​

Għal mistoqsijiet relatati ma' dan is-servizz, jekk jogħġbok ibgħat imejl fuq: warrantingboard.mtip@gov.mt
applika