• ID login
  • My Cases
  •  

Ekonomija, Negozju u Kummerċ


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Ekonomija, Negozju u Kummerċ > Negozju u Kummerċ > Liċenzji għax-Xogħol

Liċenzji għax-Xogħol

  • Applikazzjoni ghal Konsiderazzjoni ta' Warrant jew Liċenzja għall-prattika tal-Professjoni ta' Inġinier

    Il-warrant jipprovdi lill-applikant b'liċenzja biex jipprattika l-professjoni ta' inġinier f'Malta.
  • Liċenzja ta' VRT Tester

    Sabiex vetturi jkunu bil-liċenzja biex jintużaw, dawn ikollhom bżonn li jkunu ċċertfikati bħal tajbin għat-triq (roadworthy) u bla periklu biex jintużaw fuq toroq pubbliċi skont il-manwali approvati minn Transport Malta. VRT test ifisser eżami ta' vettura li jsir minn tester bil-liċenzja sabiex jiċċertifika l-kundizzjoni li tkun roadworthy (tajba għat-triq) u tissodisfa l-istandards stabbiliti. Vehicle tester bil-liċenzja tfisser bniedem kompetenti li ngħata l-liċenzja minn Transport Malta biex jispezzjona u jiċċertifika vetturi bħala tajbin għat-triq (roadworthy).
  • Liċenzja ta’ Skola tal-Ingliż (ELT - English Language Teaching)

    Biex tmexxi Skola tal-Ingliż bħala Lingwa Barranija (ELT) f'Malta, trid tinkiseb liċenzja mill-Kunsill tal-ELT. Is-settur tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża f'Malta huwa rregolat skont l-A.L. 221 tal2015.
  • Permess tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża (ELT)

    Permess tal-ELT jista’ jinħareġ biss lil persuna permezz ta’ applikazzjoni li, fl-opinjoni tal-Kunsill, għandha l-ħiliet meħtieġa f’konformità mal-Avviż Legali 221 tal-2015.
  • Tiġdid tal-Liċenzja ta’ Skola tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża (ELT)

    Il-Liċenzja tal-Iskola ELT għandha tkun valida għal perjodu ta’ mhux aktar minn erba' snin u tista’ tiġġedded mill-Kunsill b’applikazzjoni, sa mhux aktar tard minn erba' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tal-liċenzja, soġġett għall-Avviż Legali 221 tal-2015 u biex tissodisfa l-istandards tal-assigurazzjoni tal-kwalità kif il-Kunsill jista' jiddetermina minn żmien għal żmien.
  • Tiġdid tal-Permess tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża (ELT)

    Il-Permessi ELT jiġġeddu biss wara l-approvazzjoni tas-sigħat tas-CPD mill-Kunsill ELT, skont ir-rekwiżiti legali deskritti fil-Politika tas-CPD. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok agħfas hawn

  • 1
next
​​​Freephone 153​​
​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Qed iċċempel​ minn barra?​
​+356 21255153​​
​​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
© servizz.gov 2023