Ħarsa ġenerali​

Din il-miżura tiffaċilita proġetti ta’ valur miżjud, inklużi inizjattivi kummerċjali ġodda, espansjonijiet u attivitajiet ta’ trasformazzjoni li għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali ta’ Malta. L-iskema tista' tappoġġja diversi attivitajiet bħall-fażi inizjali ta' żvilupp ta' impriżi li jistabbilixxu bażi operattiva f'Malta, proġetti ta' espansjoni, konsolidazzjoni ta' attivitajiet u r-inġinerija mill-ġdid tal-proċessi tan-negozju.

X’se tingħata

Krediti ta’ taxxa jew għotjiet ta’ flus sa € 200,000

Eliġibbiltà​​

Proġetti relatati mal-iżvilupp futur tal-attivitajiet li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati għal appoġġ fil-forma ta’ għotjiet fi flus jew krediti ta’ taxxa:
a) manifattura;
b) ġestjoni tal-iskart u soluzzjonijiet ambjentali;
c) attivitajiet ta' riċerka u żvilupp;
d) provvista ta' servizzi industrijali u soluzzjonijiet għal operazzjonijiet ta' manifattura;
e) id-diġitizzazzjoni tal-proċessi
f) żvilupp ta' servizzi u sistemi diġitali (inklużi logħob tal-kompjuter u sistemi ta' divertiment) maħsuba għas-swieq internazzjonali;
g) manutenzjoni, tiswija u reviżjoni ġenerali ta' inġenji tal-ajru u tagħmir elettromekaniku ieħor;
h) xogħlijiet artiġjanali;
i)servizzi li min-natura tagħhom mhumiex limitati għall-ambitu ġeografiku u huma skalabbli internazzjonalment.

L-applikanti m'għandhomx ikollhom ħlasijiet relatati mal-VAT, it-Taxxa tad-Dħul, u s-Sigurtà Soċjali li jkunu aktar minn tnax-il xahar ilu.

Impriżi involuti f'attivitajiet speċifikament esklużi taħt ir-Regolament de minimis mhumiex eliġibbli għal dan l-inċentiv.

Organizzazzjonijiet Volontarji huma eliġibbli biss jekk ikunu involuti f'attività kummerċjali fuq bażi kontinwa ta' kuljum.
 

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħata

Dokumenti mehtieġa

Id-dokumenti meħtieġa huma;
-Pjan tan-negozju
- Financial summary
- Tqassim tal-ispejjeż tal-investiment
- Tax Compliance Status Certificate
- Ftehim ta' kiri/kera
 - CVs ta' esperti li jipprovdu servizzi ta' pariri relatati mal-proġett
- Kopja tal-ftehim ma' dawk li jipprovdu s-servizzi ta' konsulenza

applika