L-iskop ta’ din l-iskema huwa li tappoġġja impriżi tal-manifattura li joperaw minn Għawdex billi tnaqqas l-ispiża addizzjonali tat-trasport bejn il-gżejjer li ssir għat-trasport ta’ materjali, oġġetti u prodotti lesti bejn Malta u Għawdex. Din l-għajnuna sservi biex tnaqqas l-iżvantaġġi tal-ispejjeż għall-manifatturi bbażati f'Għawdex, u b'hekk dawn in-negozji jkunu f'pożizzjoni aħjar biex jikkompetu b'mod effettiv fis-suq.
L-impriżi tal-manifattura li joperaw minn Għawdex se jkollhom tnaqqis fl-ispiża addizzjonali tat-trasport bejn il-gżejjer li ssir għat-trasport ta’ materjali, oġġetti u prodotti lesti bejn Malta u Għawdex.
Biex ikun eliġibbli, l-Applikant għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin;
- Inkorporat kif suppost taħt l-Att dwar il-Kumpaniji, il-Kapitolu 386 tal-Liġi ta’ Malta li huam sħubija en nom collectif, en commandite jew kumpannija b’responsabbiltà limitata;
JEW
- Kwalunkwe entità jew persuna kostitwita, inkorporata jew irreġistrata barra minn Malta, u ta' natura simili għal dawk imsemmija hawn fuq;
JEW
-Ikun reġistrat kif xieraq bħala Kooperattiva taħt l-Att dwar is-Soċjetajiet Koperattivi, Kapitolu 442 tal-Liġijiet ta’ Malta
JEW
- impenjat f’attività ta’ manifattura li għandha l-bażi operattiva tagħha f’Għawdex
L-applikanti m'għandhomx ikunu:
- Lura fil-ħlas tal-VAT, tat-Taxxa tad-Dħul, jew tas-Sigurtà Soċjali
- involuti f'attivitajiet speċifikament esklużi taħt ir-Regolamenti de minimis dwar l-Għajnuna mill-Istat
Imla l-formola onlajn u ibgħata
Dokumenti mehtieġa
Id-dokumenti meħtieġa huma;
Formola tal-applikazzjoni
De minimis declaration