Ħarsa ġenerali​

Skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja 441.07 Regolamenti dwar Liċenzji tan-Negozji, liċenzja hija meħtieġa biex twettaq in-negozju ta’ aġenzija ta’ referenza ta’ kreditu. L-applikazzjoni għal liċenzja bħal din tinkludi r-rekwizit mandatorju biex jiġu sottomessi diversi dokumenti u,wkoll għandha l-ħlas ta’ 500 Ewro, liema ħlas ma jingħatax lura. L-applikazzjoni tasal għand is-Sezzjoni Liċenzji tal-Kummerċ iżda se tkun eżaminata mill-Bank Ċentrali ta’ Malta bħala s-superviżur tal-Aġenziji ta’ Referenza tal-Kreditu. Il-Bank joħroġ ir-rakkomandazzjoni tiegħu għall-ħruġ ta’ liċenzja jew mod ieħor, fi żmien tliet xhur mid-data tal-irċevuta ta’ applikazzjoni kompluta. Mid-data tas-sottomissjoni u matul il-perjodu ta’ reviżjoni ta’ tliet xhur, jistgħu jkunu meħtieġa kjarifiki, informazzjoni addizzjonali u dokumentazzjoni. Il-perjodu ta’ tliet xhur jista’ jiġi estiż għal tliet xhur oħra fid-diskerezzjoni tal-Bank.

​X’ser​ tingħata

Liċenzja biex topera bħala Aġenzija ta’ Referenza tal-Kreditu li tkun valida għal ħames snin.

Eliġibbiltà​​

Kumpanija ffurmata u rreġistrata taħt Taqsima V tal-Kap tal-Att dwar il-Kumpaniji 386.

Kif tapplika​

Daħħal l-informazzjoni meħtieġa fil-formola tal-applikazzjoni u tella’ d-dokumenti kollha elenkati hemmhekk. Agħmel il-ħlas u ibgħat
applika