Ħarsa ġenerali​

Ir-Regolamenti tal-2001 dwar il-Kontroll fl-Esportazzjoni ta' Tagħmir Militari jipprovdu biex jinħarġu awtorizzazzjonijiet ta' esportazzjoni rigward armi, munizzjon, splussivi, aġenti tossikoloġiċi u tagħmir militari ieħor, inklużi vetturi militari, bastimenti tal-gwerra, ajruplani u apparat elettroniku. Lista ta' tagħmir militari li jinħtieġ awtorizzazzjoni tinstab fl-Anness għal dawn ir-regolamenti. F'każ ta' oġġetti in transitu minn Malta, il-pajjiż tad-destinarju finali jiddetermina jekk hemmx bżonn ta' din il-liċenzja jew le.

X’se tingħata

Liċenzja għall-Esportazzjoni valida għall-8 xhur.

Eliġibbiltà​​

L-esportatur jew aġent li jkun qed jirrapreżenta lill-esportatru. L-applikanti jistgħu jkunu persuni, entitajiet governattivi, kumpaniji kummerċjali u mhux kummerċjali privati.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika