Ħarsa ġenerali​

B'din il-formola tingħata liċenzja biex persuna tipprovdi jew tforni kull tip ta' oġġetti jew servizzi (relatati mal-attivitajiet kummerċjali elenkati fl-Ewwel Taqsima tal-Ewwel Skeda) permezz ta' kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb, sew jekk l-offerta ma tintalabx minn persuna li tkun qiegħda ssirilha l-offerta u sew jekk tintalab minn din il-persuna bi tweġiba għal xi reklam, imma ma tinkludix il-bejjiegħa tal-ikel u x-xorb li jbiegħu il-prodotti tagħhom bieb b'bieb.

X’se tingħata

Liċenzja ġdida tinħareġ fi żmien massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol.

Eliġibbiltà​​

Persuni naturalizzati u kumpaniji jew soċjetajiet kummerċjali.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

Jekk jogħġbok ehmeż id-dokumenti li ġejjin:
i) Board Resolution iffirmata mis-Segretarju tal-kumpanija li jawtorizza lill-applikant biex jirrappreżenta lill-kumpanija.
ii) Kopja tal-Passaport jew tal-Permess tar-Residenza (jekk l-applikant mhuwiex ta’ nazzjonalità Maltija).
iii) Ċekk ta' €50 li jitħallas lid-Direttur Ġenerali, Dipartiment tal-Kummerċ.
applika