Ħarsa ġenerali​

L-importazzjoni ta' ċerti oġġetti biss hija soġġetta għal liċenzja ta' importazzjoni maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ. Dawn l-oġġetti huma elenkati fl-iskedi tar-Regolamenti tal-2004 dwar il-Kontroll ta' Importazzjoni (SL 117.2004).

X’se tingħata

Liċenzja ta' importazzjoni valida għal 8 xhur.

Eliġibbiltà​​

Persuni naturalizzati, kumpaniji kummerċjali u mhux kummerċjali privati u entitajiet tal-gvern.

Kif tapplika​

  • Imla paġni 1 u 2 tal-formola onlajn.
  • Iffirma f'paġna 2.
  • Ikklikkja 'issottometti' f'paġna 7

Nota: Għal aktar informazzjoni dwar il-firem u timbri minn entitajiet kkonċernati u tagħrif kif timla l-formola, żur is-sit commerce.gov.mt
applika