Ħarsa ġenerali​

Ir-Reġistrazzjoni mal-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Artiġjanat, Artiġjani u Imprendituri tal-Artiġjanat sabiex wieħed jiġi inluż fir-Reġistru tal-Artiġjanat hija fuq bażi volontarja u bla ħlas.

X’se tingħata

Artiġjani u Imprendituri tal-Artiġjanat li jkunu reġistrati mal-Uffiċċju tar-Reġistratur ikollhom profil fuq ir-reġistru Online u jistgħu ukoll jieħdu ċertifikati li jkunu jistgħu jqiegħdu mal-prodotti tagħhom jew mal-vetrina tal-ħanut tagħhom. Ikunu wkoll inklużi fil-lista tal-posta tal-Fondazzjoni għall-Artiġjanat Malti sabiex ikunu nfurmati dwar attivitajiet organizzati mill-Fondazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Artiġjani jew imprendituri tal-Artiġjanat li huma residenti Malta u li għandhom mill-inqas 18-il sena. Persuni minn Pajjiżi Terzi irid ikollhom permess tal-Jobsplus sabiex ikunu jistgħu japplikaw. Studenti u apprentisti li għandhom anqas minn 18-il sena wkoll jistgħu japplikaw għal reġistrazzjoni li tiġi mġedda kull sena sakemm l-applikant jagħalaq 18-il sena. F’dan il-każ l-applikanti jridu jissottomettu dikjarazzjoni ffirmata minn persuna li għandha aktar minn 18-il sena.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ssottomettieha. L-uffiċċju jikkuntattja l-applikant u tiġi deċiża data ta’ laqgħa jew viżta biex l-uffiċjali jkunu jistgħu jaraw l-appikant jaħdem prodott/i skont is-settur/i li applika għalih
applika