Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tintuża meta notifikatur irid ipoġġi suppliment tal-ikel fis-suq lokali. In-notifikatur għandu jissottometti d-detalji tiegħu kif ukoll informazzjoni relatata mas-suppliment tal-ikel. It-tikketta tal-prodott flimkien mal-prova tal-ħlas għandhom ukoll jiġu sottomessi.

X’se tingħata

Ladarba tkun ġiet sottomessa l-formola, flimkien mad-dokumenti meħtieġa, id-dokumenti kollha jiġu rriveduti. Jekk id-dokumenti jkunu koretti, tinħareġ irċevuta tan-notifika. Il-proċess jieħu minimu ta' ġimgħatejn.

Eliġibbiltà​​

Din il-formola trid timtela minn notifikatur meta suppliment tal-ikel jeħtieġ li jitqiegħed fis-suq lokali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika