Ħarsa ġenerali​

Din l-iskema hija mfassla biex tgħin lill-individwi vulnerabbli biex iwaqqfu attivitajiet ta' negozju sostenibbli. Din l-inizjattiva hija f'kollaborazzjoni flimkien ma' LEAP u Jobsplus.

X’se tingħata

Inizjattivi li jitqiesu ekonomikament vijabbli jistgħu jiġu mgħejjuna permezz ta' pakkett ta' assistenza finanzjarja sa €25,000 maqsuma fuq perjodu ta' 24 xahar.

Eliġibbiltà​​

L-applikanti għandhom ikunu reġistrati mal-uffiċċju LEAP jew identifikati ma' JobsPlus bħala każ speċjali.

Kif tapplika​

Biex tkun tista' tapplika għall-għajnuna, l-impriża għandha l-ewwel tiddiskuti ma' Jobsplus u LEAP biex jingħataw għajnuna biex timtela l-applikazzjoni.
applika