Din il-formola tamalgama l-formoli kollha meħtieġa minn awtoritajiet/aġenziji varji lokali f'waħda, sabiex persuni li rreġistraw kumpanija mal-MFSA ikunu jistgħu jkomplu l-proċess u joperaw minnufih.
Din il-formola elettronika għandha tintuża wkoll f'każijiet fejn kumpanija rreġistrata mar-Reġistru tal-Kumpaniji ma jkollhiex numru tal-VAT validu, iżda teħtieġ Numru ta' Identifikazzjoni tal-VAT għal skopijiet ta' raggruppament tal-VAT.
Obbligi u Operat tan-Negozju:
Applikanti li biħsiebhom jiftħu attività ta' negozju taħt il-Kodiċi NACE speċifiċi jistgħu jirċievu imejl minn dawn l-Entitajiet tal-Gvern biex b'hekk ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi rispettivi:
Unità tas-Saħħa Ambjentali
L-applikanti għandhom jiksbu 'Dikjarazzjoni ta' Ebda Oġġezzjoni' maħruġa mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali. L-Unità taċ-Ċertifikazzjoni u l-Konsultazzjoni tan-Negozju (Saħħa) fi ħdan id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali tiċċertifika l-operat tan-negozju u tipprovdi servizzi ta' konsultazzjoni fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel u kwistjonijiet relatati mas-saħħa pubblika. L-informazzjoni rilevanti kollha għall-akkwist ta' din iċ-ċertifikazzjoni u l-għoti ta' servizzi ta' konsultazzjoni tinstab fuq kif Tibda Negozju tal-Ikel f'Malta. Standards tal-Kura tas-Saħħa
L-għan ewlieni tad-Direttorat tal-Istandards tal-Kura tas-Saħħa huwa li jiżgura servizzi ta' kwalità għolja/sikuri pprovduti permezz tan-numru ta' negozji/faċilitajiet. Biex jintlaħaq dan l-għan dawn in-negozji/faċilitajiet huma spezzjonati regolarment u liċenzjati.
VPRD - Direttorat tas-Saħħa tal-Pjanti
In-negozji relatati ma' attività elenkata taħt ir- Regolament 6 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 433.06 għandhom ikunu rreġistrati mad-Direttorat tal-Protezzjoni tal-Pjanti. L-Unità ta' Sorveljanza u Infurzar fid-Direttorat tal-Protezzjoni tal-Pjanti tapprova attivitajiet, toħroġ ċertifikati ta' konformità u reġistri operaturi tan-negozju fir-Reġistru Uffiċjali ta' Malta. Ir-rekwiżiti u l-proċedura għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru Uffiċjali ta' Malta (MOR) jinstabu fil- Linji Gwida tar-Reġistrazzjoni tal-MOR.
Kumpanija tista' tirreġistra għal dawn li ġejjin sabiex tkun tista' tibda l-operat:
1. Numru tal-VAT, fil-każ li l-attività tagħha mhux eżentita mill-VAT;
2. In-numru tal-PE, fil-każ fejn l-applikant għandu l-ħsieb li jimpjega ħaddiema matul il-fażi tal-bidu;
3. Jimtela l-kwestjonarju tar-Reġistru tan-Negozji mingħand l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika; u
4. In-Numru ta' Min Iħaddem tal-JobsPlus - applikabbli biss meta l-applikant ikun irreġistra għan-numru tal-PE.
a) Ċittadini mhux mill-UE li jkunu mogħtija l-awtorità bħala Direttur Legali ta' Kumpanija u li jkollhom karta tal-identità/karta ta' residenza valida maħruġa mill-Identità Malta; jew
b) Ċittadini mhux mill-UE li jkunu mogħtija l-awtorità bħala Direttur Legali ta' Kumpanija li għandhom Dokument ta' Identifikazzjoni validu maħruġ mill-Awtoritajiet Nazzjonali rispettivi, huma meħtieġa l-assistenza ta' persuna professjonali reġistrata mal-Kummissarju tat-Taxxa u ghad-Dwana.
Esklużjonijiet
Ċittadini mhux mill-UE li għandhom Dokument ta' Identifikazzjoni validu maħruġ mill-Awtoritajiet Nazzjonali rispettivi.
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kif taċċessa l-formola elettronika:
- L-applikant jista' japplika billi juża l-Karta tal-Identità u n-Numru tad-Dokument tiegħu; jew
- L-applikant jista' japplika permezz tal-użu tal-eID tiegħu; jew
- Il-prattikant, permezz tal-użu tal-identità elettronika tiegħu, jaġixxi f'isem id-Direttur Legali tal-Kumpanija.
Rappreżentanti li se jaġixxu f'isem kumpanija:
Permezz ta' din il-formola elettronika, rappreżentanti (prattikanti li huma rreġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxu u ghad-Dwana. jistgħu jaġixxu f'isem individwi li għandhom il-ħsieb li jirreġistraw negozju.
Prattikanti li għadhom mhux elenkati mal-Kummissarju tat-Taxxu u ghad-Dwana. jistgħu jużaw din il-ħolqa biex jirreġistraw: CFR 01 Registration as a Practitioner
Dokumentazzjoni meħtieġa:
Dokumentazzjoni mandatorja li għandha tiġi annessa ma' din il-formola ta' applikazzjoni:
- Prattikant li jaġixxi f'isem il-kumpanija - kopja ta' quddiem u ta' wara tad-dokument ta' identifikazzjoni tad-Direttur Legali tal-Kumpanija.
- Awto-reġistrazzjoni bħala Direttur legali tal-Kumpanija permezz ta' eID - l-ebda dokumentazzjoni hija meħtieġa.
- Awto-reġistrazzjoni bl-użu ta' Karta ta' Identità /Karta ta' Residenza valida u Numri tad-Dokumenti - kopja ta' quddiem u ta' wara tad-dokument ta' identifikazzjoni tal-applikant.
Timeline
[{"Id":"8d85225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Malta Enterprise","AddressLine1":"Malta Industrial Parks Ltd","AddressLine2":"Gwardamangia Hill","AddressLine3":null,"AddressCity":"PIETA [Tal-Pietà]","AddressPostalCode":"MEC 0001","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":null,"AddressEmail":"
[email protected]","Duration":null},{"Id":"9bdc3950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":2,"AddressName":"Malta Enterprise","AddressLine1":"Malta Industrial Parks Ltd","AddressLine2":"Gwardamangia Hill","AddressLine3":null,"AddressCity":"PIETA [Tal-Pietà]","AddressPostalCode":"MEC 0001","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":null,"AddressEmail":"
[email protected]","Duration":"Ġurnata"}]