Pagament ex-gratia ta’ darba għall-konsumaturi milquta minn interruzzjonijiet fil-provvista tal-elettriku kawża tal-mewġa ta’ sħana f’Lulju
1. Għalfejn qed jingħata dan il-pagament u min hu eliġibbli?
Dan il-pagament qed jingħata minħabba li l-mewġa ta’ sħana bla preċedent fit-tul, b’medja ta’ aktar minn 40 grad Celsius f’Lulju, affettwat is-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-elettriku. Negozji u residenzi li esperjenzaw interruzzjonijiet fit-tul fil-provvista tal-elettriku bejn is-17 u s-27 ta’ Lulju, u kellhom qtugħ ta’ aktar minn sitt sigħat, kumulattivi, fl-istess perjodu se jkunu intitolati għal pagament ex-gratia ta’ darba.
2. Min għandu kontijiet residenzjali, kif se jkun qed jirċievi dan il-pagament?
Biex ikun iffaċilitat il-proċess, kontijiet residenzjali li esperjenzaw interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku għal sitt sigħat jew aktar, b'mod kumulattiv, matul il-perjodu msemmi, se jirċievu awtomatikament kreditu fil-kont tad-dawl tagħhom.
3. Dan il-kreditu fhiex se jkun qed jikkonsisti?
Dan il-kreditu qed ikun ibbażat fuq il-konsum medju tar-residenzi f’pajjiżna kkalkulati fuq tliet xhur, li jikkorrispondi mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Il-kreditu se jkun ekwivalenti għal dak li jikkunsmaw ir-residenzi bħala medja f’xahar sħiħ, u jiżdied skont is-sigħat ta’ interruzzjoni. Il-kreditu se jingħata awtomatikament lil dawk il-kontijiet li ġew identifikati bħala affettwati mis-sistema talinformatika tal-Enemalta. It-tul totali tal-interruzzjoni Pagament skont il-konsum medju.
It-tul totali tal-interruzzjoni |
Pagament skont il-konsumm medju f'xahar |
minn 6 sa 8 sigħat |
€60 |
aktar minn 8 sa 12-il siegħa |
€70 |
aktar minn 12 sa 24 siegħa |
€80 |
aktar minn 24 sa 36 siegħa |
€90 |
aktar minn 36 sa 48 siegħa |
€100 |
aktar minn 48 siegħa |
€110 |
4. Minn meta wieħed se jkun qed jirċievi dan l-pagament ?
Mit-tieni ġimgħa ta' Ottubru ’l quddiem, il-konsumaturi se jaraw linja ta' kreditu (‘pagament ex-gratia’) fil-kont tagħhom maħruġ mill-ARMS, li jindika l-ammont ta' pagament li qed jiġi kkreditat. Il-kontijiet residenzjali li se jirċievu l-pagament awtomatiku se jiġu notifikati permezz ta’ ittra mill-ARMS, li se tkun qed tintbagħat fil-jiem li ġejjin.
5. F’każ li wieħed ikun esperjenza ħsarat eċċezzjonali matul dan l-istess perjodu, liema ħsarat ma jinqabdux fuq is-sistema tal-informatika, x’jista jsir f’dan ir-rigward ?
Klijenti affettwati minn qtugħ fil-provvista tal-elettriku għal aktar min sitt sigħat, jistgħu japplikaw permezz ta' applikazzjoni onlajn, li se tkun disponibbli fuq is-sit tal-ARMS. L-applikazzjoni tiftaħ nhar it-Tnejn 9 ta’ Ottubru. L-Enemalta u l-ARMS se jkunu qed jagħmlu eżerċizzju ta’ validazzjoni tal-applikazzjoni. Din il-formola hija miftuħa sal-31 ta’ Diċembru, 2023.
6. Klijenti b’kontijiet domestiċi huma inklużi f’dawn il-pagament?
Klijenti b'kontijiet domestiċi mhumiex inklużi awtomatikament. Madankollu f'każijiet bħal residenzi tas-sajf, fejn in-nies kienu qed joqogħdu u esperjenzaw interruzzjonijiet ta’ aktar minn sitt sigħat b'mod kumulattiv matul il-perjodu indikat, jistgħu japplikaw ukoll permezz tal-formola tal-applikazzjoni online.
7. Negozji li esperjenzaw interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku huma eliġibbli għal dan il-pagament ?
Kontijiet mhux residenzjali, jiġifieri negozji, li esperjenzaw interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku għal sitt sigħat jew aktar, b’mod kumulattiv bejn is-17 u s-27 ta’ Lulju, 2023, huma wkoll eliġibbli għal pagament ta’ darba. Negozji li ntlaqtu minn qtugħ fis-servizz tad-dawl iridu japplikaw online fuq electricitypayment.maltaenterprise.com u jsir eżerċizzju ta’ validazzjoni mill-Enemalta u l-ARMS. L-applikazzjoni għal kontijiet mhux residenzjali (non-residential) fetħet nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru 2023.
8. Negozji b’kont mhux residenzjali li esperjenzaw interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku huma eliġibbli għal dan il-pagament ?
In-negozji b’kont mhux residenzjali huma eliġibbli għal pagament ex-gratia ekwivalenti għal konsum ta’ xahar tal-istess kont u li huwa kkalkulat fuq il-konsum f’Ġunju, Lulju u Awwissu 2022. Il-pagament jiżdied skont innumru ta’ sigħat affettwati, b’limitu massimu ta’ €10,000 għal kull kont. L-iskema se titħaddem b’kollaborazzjoni mal-Malta Enterprise u ġiet diskussa mal-istakeholders, li lkoll appoġġjawha.
Ħin ta' interruzzjoni bejn 17 u 27 ta' Lulju 2023 |
Pagament (skont l-medja ta' konsumm bejn Ġunju, Lulju, u Awwissu 2022) |
Minn 6 sa 8 sigħat |
100% |
Iktar minn 8 sa 12-il siegħa |
120% |
aktar minn 12 sa 24 siegħa |
140% |
aktar minn 24 sa 36 siegħa |
160% |
aktar minn 36 sa 48 siegħa |
180% |
aktar minn 48 siegħa |
200% |
9. Wieħed fejn jista jagħmel kuntatt sabiex jakkwista aktar informazzjoni ?
Għal aktar informazzjoni, klijenti jistgħu iċemplu fuq 80002024 jew jibgħatu email fuq [email protected]