Skema Għal Għotja fuq Akkwist ta’ Proprjetà 2023
Titolu u l-għan tal-iskema
Din l-iskema, Għotja fuq l-Akkwista ta’ Proprjetà hija intiża għal persuni li akkwistaw l-ewwel proprjetà wara l-1 ta’ Jannar 2022. Din l-għotja li ser tammonta għall-għaxart elef ewro (€10,000), ser tingħata fuq medda ta’ għaxar (10) snin lill-applikant li jkun akkwista proprjetà ta’ valur li ma jeċċediex il-ħames mitt elf Ewro (€500,000). L-għotja se tingħata permezz ta’ pagamenti ta’ elf ewro (€1,000) li se jingħataw darba fis-sena.
B’din l-iskema l-Awtorità tad-Djar ser tagħti nifs qawwi liż-żgħażagħ fl-ewwel snin kruċjali wara li jkunu wettqu dan l-investiment importanti f’ħajjithom u b’hekk tħeġġiġhom isiru sidien ta’ darhom.
Għal aktar informazzjoni fuq l-Skema Għal Għotja fuq Akkwist ta’ Proprjetà 2023, jekk jogħġbok niżżel
dan.
Relatati
FAQs.
Biex tapplika għall-Skema Għal Għotja fuq Akkwist ta’ Proprjetà 2023, jekk jogħġbok żur din
il-link.