Ħarsa ġenerali​

l-applikant ikun qed japplika għall-ewwel darba, jew ikun qed iġedded, jew biex jinħariġlu passaport ġdid f’każ li jinsteraq, jintilef jew jitgħarraq.

 

Għal aktar informazzjoni ikklikkja hawn

X’se tingħata

Il-passaport.

Eliġibbiltà​​

Cittadini Maltin.

Kif tapplika​

F’konformità mal-Artikolu 5 (1) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 61.02 intitolata Regolamenti tal-Passaporti għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni lill-uffiċjal tal-passaport flimkien mar-ritratti, data bijometrika u dokumenti oħra meħtieġa kif iddikjarat fil-formola tal-applikazzjoni. Fl-Artikolu 3 tal-istess Leġislazzjoni Sussidjarja huwa ddikjarat li l-Formola A għandha timtela bil-kalligrafija stess bil-linka blu jew sewda.

Għal raġunijiet ta’ sigurtà u in linea mal-istandards ICAO li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet għal Dokumenti ta’ l-Ivvjaġġar li jistgħu jinqraw mill-magni, il-bijometriċi jittieħdu permezz ta’ reġistrazzjoni in persona permezz ta’ apparat speċifiku bħal skanners tal-marki tas-swaba’, skaner tar-ritratti u kameras speċifiċi oħra illi jaderixxu ma ’ċerti kriterji u proċeduri definiti għall-proċess tat-teħid tar-ritratti u data bijometrika. Il-bijometriċi meħuda jiġu ikkodifikati fiċ-ċippa tal-passaport maħruġ.

Ipprintja u imla l-formola. L-applikazzjoni, bid-dokumenti kollha meħtieġa, għandhom jittieħdu personalment l-Uffiċċju tal-Passaporti sabiex jittieħdilhom ritratt biometriku, kif ukoll il-marki tas-swaba’:

Uffiċċju tal-Passaporti

Onda Building,

Aldo Moro Road,

Marsa. MRS 9065. Malta

Ministeru għal Ghawdex
Ċentru Amministrattiv
Pjazza San Franġisk
Ir-Rabat, Malta

F’każ ta' Maltin li jgħixu barra l-pajjiżi, din il-formola għandha tittieħed personalment f'waħda mill-eqreb rappreżentazzjonijiet Maltin fil-pajjiż fej qiegħdin jgħixu.

applika