Ħarsa ġenerali​

Din il-formola għandha tkun ippreżentata mal-Formola A meta l-applikant ma jkunx jista’ jkun preżenti biex jieħu ritratt bijometriku ħaj.

X’se tingħata

Eżenzjoni biex l-applikazzjoni titmexxa mingħajr ma l-applikant ikun fiżikament preżenti.

Eliġibbiltà​​

Persuni li ma jistgħux imorru personalment fl-Uffiċċju tal-Passaporti minħabba kundizzjonijiet mediċi jew ta’ saħħa ta’ natura serja.

Kif tapplika​

Ipprintja u imla l-formola.

Jekk ma tistax tiġi personalment fl-uffiċini tagħna minħabba kundizzjonijiet mediċi jew ta’ saħħa ta’ natura serja, għandek tistaqsi lil qarib tiegħek biex jirrapreżentak. Kundizzjonijiet mediċi jew ta’ saħħa ta’ natura ħafifa jew tranżitorja ma jiġux aċċettati biex jiġġustifikaw l-assenza tiegħek.

1. Ipprintja u imla l-Formola A skont l-istruzzjonijiet li hemm fuqha;

2. Ikseb kopja tal Formola I billi tniżżila minn fuq is-sit (https://identitymalta.com/passport-office/) jew billi tikseb kopja mill-uffiċini tagħna. Waħħal ritratt tiegħek fil-kaxxa apposta; ir-ritratt m’għandux ikun ilu li ttiehed aktar minn tliet xhur. Il-kwalità tar-ritratt li jintbagħat għandha tkun kif deskritt fuq in-noti mehmużin ma’ Formola A. Tajjeb niġbdu l-attenzjoni li r-ritratt irid ikun iffirmat mir-rakkomandant fuq in-naħħa ta wara. Iċċekkja li tkun imlejt id-dettalji kollha mitluba minnek, u ffirma l-formola.

Ibgħat membru tal-familja jew qarib tiegħek b’dawn id-dokumenti li ġejjin:

a. Formola A;
b. Ritratt tiegħek iffirmat mit-tabib tiegħek;
c. Formola I;
d. Il-passaport li għandek bħalissa; u
e. Il-karta tal-identità tiegħek.
3. Ma’ dawn, trid tibgħat ukoll:

a. Ċertifikat mediku (approvat mit-tabib tiegħek), li juri l-kundizzjoni medika tiegħek u li jispjega r-raġuni għalfejn ma stajtx tapplika u/jew tiġbor il-passaport tiegħek personalment. Il-persuna inkarigata biex tapplika u tiġbor il-passaport tiegħek f’ismek għandha tkun indikata fuq iċ-ċertifikat mediku. Ir-ritratti u ċ-ċertifikat mediku li jintbagħtu jsiru parti mir-rekords uffiċjali tagħna u ma nibagħtuhomx lura.

i. Il-qarib inkarigat biex idaħħal l-applikazzjoni tiegħek għandu jippreżenta wkoll il-karta tal-identità tiegħu/tagħha.

ii. Malli r-ritratti tiegħek jissodisfaw l-istandards maqbula internazzjonalment, qaribek/qaribtek ser jintalab/tintalab iħallas/tħallas il-ħlas dovut.

iii. Wara erbat ijiem ta’ xogħol, l-istess qarib/qariba ikun/tkun jista’/tista’ jiġborlok/tiġborlok il-passaport billi jippreżenta l-karta tal-identità tiegħu/tagħha flimkien mal-karta tal-identità tiegħek.
applika