Ħarsa ġenerali​

Biex tikkwalifika biex iżżomm ċittadinanza doppja:
i) Jekk int ċittadin adult ta' Malta u tkun akkwistajt ċittadinanza barranija nhar l-10 ta' Frar 2000 jew wara, tista' żżomm din iċ-ċittadinanza flimkien ma' dik Maltija.
ii) Jekk kont minuri fl-10 ta' Frar 2000 jew jekk għalaqt 18-il sena imma għadek ma għalaqtx id-19-il sena u jkollok ċittadinanza oħra apparti ċ-ċittadinanza Maltija li għandek, tista' żżomm iż-żewġ ċittadinanzi b'mod indefinit.
iii) Jekk sirt ċittadin ta' Malta fil-21 ta' Settembru 1964, jew twelidt Malta wara l-21 ta' Settembru 1964, inti tlift iċ-ċittadinanza, u għext barra minn Malta għal perjodu aggregat ta' 6 snin, allura int meqjus li qatt ma waqaft tiġi kkunsidrat bħala ċittadin Malti, skont il-bidliet li seħħu fil-leġislazzjoni taċ-ċittadinanza tas-sena 2000. B'hekk int tikkwalifika awtomatikament għal ċittadinanza doppja.

X’se tingħata

Ittra ta' konferma li int għandek ċittadinanza doppja.

Eliġibbiltà​​

Persuni li jistaqsu dwar ċittadinanza doppja li twieldu qabel il-21 ta' Settembru, 1964.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha, iffirmaha u ħudha personalment fl-Uffiċċju ta' Malta għaċ-Ċittadinanza f':

Identity Malta
Evans Building
Misraħ Sant' Iermu
Il-Belt Valletta

Il-lista ta' dokumentazzjoni relevanti tinsab fuq il-formola tal-applikazzjoni.

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
applika