Ħarsa ġenerali​

Libertà tal-Moviment - id-dritt li toqgħod (ikollok residenza) u taħdem f'Malta.

X’se tingħata

Ittra indirizzata lil min hu miżżewweġ Malti jew Maltija li tikkonferma li min minnhom hu barrani jkun jista' joqgħod u jaħdem liberament f'Malta.

Eliġibbiltà​​

Min hu miżżewweġ/miżżewġa ċittadin ta' Malta li għadu miżżewweġ lil u joqgħod ma' dik il-persuna.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha, iffirmaha u ħudha personalment fl-Uffiċċju ta' Malta għaċ-Ċittadinanza f':

Identity Malta
Evans Building
Misraħ Sant' Iermu
Il-Belt Valletta

Il-lista ta' dokumentazzjoni relevanti tinsab fuq il-formola tal-applikazzjoni.

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
applika