Ħarsa ġenerali​

L-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, li żied id-dispożizzjonijiet li saru fil-Kostituzzjoni, stabbilixxa min seta' jsir ċittadin ta' Malta b'naturalizzazzjoni, jiġifieri li jkun issodisfa l-kundizzjonijiet relevanti għall-Att imsemmi u jista' jingħata ċittadinanza Maltija.

X’se tingħata

Ċertifikat taċ-Ċittadinanza b'naturalizzazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Int intitolat li tapplika jekk:
i) Qabel kont ċittadin ta' Malta;
ii) Twelidt barra minn Malta minn ġenituri Maltin li huma emigranti li ġew lura;
iii) Twelidt Malta, int ċittadin barrani, u tal-anqas wieħed mill-ġenituri tiegħek huwa ċittadin ta' Malta;
iv) Twelidt minn ġenituri li ma kinux Maltin imma wieħed minnhom jew it-tnejn kienu wara akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija.
v) Twelidt barra minn Malta u int ta' dixxendenza Maltija.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika