Ħarsa ġenerali​

Meta Malta saret Stat Indipendenti nhar il-21 ta' Settembru 1964, il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza stabbiliet min għandu jsir ċittadin ta' Malta awtomatikament mat-twelid u min jista' jkun irreġistrat bħala ċittadin ta' Malta skont id-dispożizzjonijiet tal-istess Kostituzzjoni.

Bħala riżultat tal-tibdiliet fil-liġijiet taċ-ċittadinanza li daħlu fis-seħħ fis-sena 2000, dawn id-dispożizzjonijiet issa jinsabu fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188).

Permezz tal-bidliet imsemmija hawn fuq, kienu ddaħħlu ċerti restrizzjonijiet fejn ġew miżjuda kategoriji ġodda ta' persuni eliġibbli biex japplikaw għar-reġistrazzjoni. Fl-1 ta' Awwissu 2007, daħlu fis-seħħ aktar emendi għall-Att imsemmi, li bis-saħħa tagħhom sar possibbli għal Maltin tat-tieni ġenerazzjoni u ġenerazzjonijiet ta' wara li twieldu barra minn Malta biex jiksbu ċ-ċittadinanza permezz ta' reġistrazzjoni.

X’se tingħata

Ċertifikat ta' Ċittadinanza bir-Reġistrazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Tifel minuri li hu dixxendent, sekond jew ta' ġenerazzjoni ta wara, imwieled barra minn Malta minn axxendent li kien twieled Malta minn ġenitur li wkoll kien twieled Malta.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika