Matul l-aħħar snin, il-politika li ħaddan dan il-Gvern għas-suq tax-xogħol kienet waħda li tinċentiva lin-nies sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol u fl-istess waqt ittejjeb id-dħul għall-familji. Fost dawn l-inċentivi nsemmu ċ-Childcare b’xejn, ir-rifużjoni tat-taxxa u l-iskema tal-In-Work Benefit.
F’Ottubru li għadda, fil-Bugdet ippreżentat mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana, ġiet imħabbra miżura oħra sabiex tinċentiva ħaddiema li jaħdmu f’setturi speċifiċi f’ħinijiet atipiċi. Il-Gvern huwa konxju tal-isfidi li dawn is-setturi qed jaffaċċjaw sabiex jimpjegaw magħhom l-ammont ta’ ħaddiema neċessarji.
Dawk il-ħaddiema kollha fis-settur privat li jaħdmu bix-xift, fi tmiem il-ġimgħa jew wara s-sitta ta’ filgħaxija u li l-paga bażika tagħhom ma teċċedix l-€25,000 fis-sena se jibdew jibbenefikaw minn benefiċċju ġdid ta’ €150 fis-sena.
Is-setturi f’din l-iskema huma l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel, is-servizzi amministrattivi u ta’ sapport, il-manifattura, it-trasport u l-ħażna u l-wholesale u r-retail.
Din il-miżura se tħalli madwar €6 miljun fil-bwiet ta’ 40,000 ħaddiem.
Sabiex tiġi mplimentata din il-miżura, Jobsplus qed twettaq eżerċizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni ma’ min iħaddem, sabiex jiġu identifikati dawk l-impjegati li ilhom jaħdmu mal-istess negozju għal mill-inqas sitt xhur f’ħinijiet atipiċi fis-setturi msemmija hawn fuq.
Bħala persuna li tħaddem u li topera f’dawn is-setturi speċifiċi, ġentilment nitolbuk:
-
Iżżur
https://jobsplus.gov.mt/atypical
-
Daħħal l-Employer ID/number = XXXXXX (Din l-informazzjoni ser tiġi kkomunikata ma min iħaddem b’mod dirett)
-
Daħħal din il-Password = XXXXXXXXXX (Din l-informazzjoni ser tiġi kkomunikata ma min iħaddem b’mod dirett)
-
Agħfas Login
-
Għal kull impjegat agħżel wieħed mill-istatus ipprovdut:
Weekend, Night, Shift Work jew N/A
għall-impjegati li jaħdmu f’ħinijiet normali matul il-ġurnata.
-
Għal aktar informazzjoni segwi pass pass il-gwida pprovduta.
Jekk għandek xi mistoqsijiet jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq Freephone 153 jew fuq
[email protected].