Ħarsa ġenerali​

Ġenituri li jaħdmu fis-settur privat, li jkollhom tfal taħt is-16-il sena, u li ma jkunx possibbli li jaħdmu mid-dar u li minħabba l-impatt tal-COVID-19 wara t-8 ta’ Marzu 2020 ma’ jkunux jistgħu imorru x-xogħol biex jieħdu ħsieb ‘l uliedhom, jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju. (Ma jinkludux impjegati, li jaħdmu ma’ kumpaniji privati, u li qed jaħdmu jew jagħtu servizz essenzjali f’xi dipartiment jew entità tal-Gvern).

X’se tingħata

Jekk tkun eleġibbli għal dan il-benefiċċju, tirċievi ħlas dirett ta’ €166.15 fil-ġimgħa jekk inti taħdem full-time jew €103.85 fil-ġimgħa jekk inti taħdem part-time.

Barra minn hekk tgawdi wkoll minn dawn il-benefiċċji:

  • Il-Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali tkun imħallsa sabiex id-drittijiet futuri tiegħek għal pensjoni kontributorja jkunu mħarsa;
  • Jekk tkun qed tirċievi ċ-Children’s Allowance ikollok ir-rata aġġustata skont id-dħul il-ġdid u din tista titla’ sar-rata massima ta’ €24.08 fil-ġimgħa għal kull wild;
  • Jekk ikollok dritt għall-In Work Benefit, tibqa’ tirċievih bla waqfien u mingħajr tnaqqis;
  • Jekk ikollok dritt għat-Tapering tal-Benefiċċji Soċjali, tibqa’ tirċievih bla waqfien u mingħajr tnaqqis.

Eliġibbiltà​​

Inti tkun eliġibbli jekk tkun:
  • Ġenitur ta’ tfal taħt is-16-il sena
  • Taħdem full-time jew part-time fis-settur privat (ara nota fuq dwar min hu eskluż)
  • Ma tistax taħdem mid-dar
  • M’intix tmur ix-xogħol biex tieħu ħsieb it-tfal wara t-8 ta’ Marzu 2020

Kif tapplika​

Dan il-benefiċċju se jibqa jiġi mħallas sat-3 ta' Lulju.