Ħarsa ġenerali​

Persuni b’diżabilità li jaħdmu fis-settur privat ta' Malta, li wara t-8 ta’ Marzu 2020 u minħabba l-impatt tal-COVID-19 ma jkunux qed imorru għax-xogħol fuq parir mediku u ma jkunx possibbli li jaħdmu mid-dar, jistgħu japplikaw għal dan il-benefiċċju.

X’se tingħata

Jekk tkun eliġibbli għal dan il-benefiċċju, tirċievi ħlas dirett ta’ €166.15 fil-ġimgħa jekk inti taħdem full-time jew €103.85 fil-ġimgha jekk inti taħdem part-time.

Barra minn hekk tgawdi wkoll minn dawn il-benefiċċji:

  • Il-Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali tkun imħallsa sabiex id-drittijiet futuri tiegħek għal pensjoni kontributorja jkunu mħarsa;
  • Jekk għandek dritt għal xi waħda mill-Assistenzi għal Diżabilità tibqa’ tirċieviha bla waqfien u mingħajr tnaqqis.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ġenerali ta’ eliġibilità:
  • Inti persuna reġistrata mal-Jobsplus bħala persuna b’diżabilità u għandek Karta ta’ Identità Speċjali jew Karta ta’ Diżabilità tal-Unjoni Ewropea maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
  • Taħdem full-time jew part-time fis-settur privat
  • Ma tistax taħdem mid-dar
  • Ma tistax tmur għax-xogħol fuq parir mediku

Kif tapplika​

L-applikazzjoni tinsab magħluqa.