Ħarsa ġenerali​

Persuni li minħabba l-impatt tal-COVID-19, jitilfu l-impjieg tagħhom fis-settur privat wara t-8 ta’ Marzu 2020, jistgħu jibbenefikaw minn dan il-benefiċċju.

X’se tingħata

Jekk tikkwalifika għal Benefiċċju Kontributorju għal Diżimpjieg u tkun ukoll eliġibbli għal dan il-benefiċċju addizzjonali, bejn iż-żewġ benefiċċji tirċievi ħlas dirett ta’ €166.15 fil-ġimgħa jekk kont taħdem full-time qabel ġejt qiegħed jew €103.85 fil-ġimgħa jekk kont taħdem part-time qabel ġejt qiegħed.

Barra minn hekk tgawdi wkoll minn dawn il-benefiċċji:

  • Il-Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali tkun imħallsa sabiex id-drittijiet futuri tiegħek għal pensjoni kontributorja jkunu mħarsa;
  • Jekk tirċievi ċ-Children’s Allowance ikollok ir-rata aġġustata skont id-dħul il-ġdid u din tista titla’ sar-rata massima ta’ €24.08 fil-ġimgħa għal kull wild;
  • Jekk ikollok dritt għall-In Work Benefit, tibqa’ tirċievih bla waqfien u mingħajr tnaqqis;
  • Jekk ikollok dritt għall-Għajnuna Supplimentari, ikollok ir-rata aġġustata skont id-dħul il-ġdid u din tista’ titla’ sar-rata massima ta’ €4.57 fil-ġimgħa f’każ ta’ persuna waħidha, u €12.54 fil-ġimgħa f’każ ta’ koppja.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ġenerali ta’ eliġibilità:
  • Kont taħdem full-time jew part-time fis-settur privat u ġejt qiegħed wara t-8 ta’ Marzu 2020
  • Qiegħed tirreġistra għax-xogħol taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru tal-Jobsplus

Kif tapplika​

M’għandekx għalfejn tapplika għal dan il-benefiċċju għaliex hekk kif tirreġistra għax-xogħol mal-Jobspls tirċievi l-benefiċċju b’mod awtomatiku.

Biex tirrapporta tibdil fiċ-ċirkostanzi, inkluż jekk terġa’ tibda titħallas minn min iħaddmek, jew biex tissottometti dokumenti addizzjonali li jistgħu jintalbu, inti mitlub/a tagħmel dan billi tibgħat e-mail fuq: covid19socialbenefits.mfcs@gov.mt

L-applikazzjoni tinsab magħluqa.