Ħarsa ġenerali​

Persuni li jaħdmu fis-settur privat ta' Malta, u li wara s-27 ta’ Marzu 2020 u minħabba l-impatt tal-Covid-19 ma jkunux qed imorru għax-xogħol fuq ordni mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ta' Malta, ma jkunx possibbli li jaħdmu mid-dar u ma jkunux qed jitħallsu minn min iħaddimhom.

X’se tingħata

Jekk tkun eleġibbli għal dan il-benefiċċju, tirċievi ħlas dirett ta’ €166.15 fil-ġimgħa jekk inti taħdem full-time jew €103.85 fil-ġimgħa jekk inti taħdem part-time.

Barra minn hekk tgawdi wkoll minn dawn il-benefiċċji:

  • Il-Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali tkun imħallsa sabiex id-drittijiet futuri tiegħek għal pensjoni kontributorja jkunu mħarsa
  • Jekk tirċievi ċ-Children’s Allowance ikollok ir-rata aġġustata skont id-dħul il-ġdid u din tista titla’ sar-rata massima ta’ €24.08 fil-ġimgħa għal kull wild
  • Jekk ikollok dritt għall-In Work Benefit, tibqa’ tirċievih bla waqfien u mingħajr tnaqqis
  • Jekk ikollok dritt għall-Għajnuna Supplimentari, ikollok ir-rata aġġustata skont id-dħul il-ġdid u din tista’ titla’ sar-rata massima ta’ €4.57 fil-ġimgħa f’każ ta’ persuna waħidha, u €12.54 fil-ġimgħa f’każ ta’ koppja

Eliġibbiltà​​

Kriterji ġenerali ta’ eliġibilità:

  • Ma tistax toħroġ mid-dar fuq ordni tas- Supretendent tas-Saħħa Pubblika minħabba li:
    • Tbati mid-dijabete u int dipendenti fuq l-insulina
    • Qiegħed fuq mediċini bijoloġiċi
    • Kellek kanċer fl-aħħar sitt xhur
    • Għandek immunità baxxa
    • Qiegħed tagħmel dijaliżi renali
    • Qed tistenna tarbija
    • Dħalt l-isptar minħabba mard respiratorju fl-aħħar sitt xhur
    • Kellek kundizzjoni f’qalbek fl-aħħar sitt xhur
    • Qiegħed tattendi l-klinika għal heart failure
    • Qiegħed fuq oral steroids.
  • Taħdem full-time jew part-time fis-settur privat
  • Ma tistax taħdem mid-dar u m’intix titħallas minn min iħaddmek fl-assenza tiegħek mix-xogħol
  • Għadek ma lħaqtx l-età tal-irtirar

Kif tapplika​

Din l-applikazzjoni tinsab magħluqa.