Ħarsa ġenerali​

Fejn l-ambjent tad-dar tal-familja ma jkunx possibbli jew disponibbli, is-Servizzi Residenzjali jippermettu lill-persuni b'diżabilità jgħixu b'mod kemm jista' jkun indipendenti fil-komunità. Tali appoġġ residenzjali jingħata f’appartamenti u djar żgħar u personalizzati, li jistgħu jkunu residenzi tal-Aġenzija, id-dar tal-individwu b’diżabilità, jew f’post ieħor aċċettabbli għall-partijiet kollha, iżda fil-qasam tal-operat tal-Aġenzija Sapport.

X’se tingħata

Residenti jiksbu ħiliet fil-ħajja komunitarja permezz ta’ pjanijiet ta’ appoġġ individwalizzati. Għalhekk huwa preżunt li utent tas-servizz irid ikun taħt il-Pjan ta' Appoġġ Iċċentrat fuq il-Persuna biex jiddetermina l-ħtieġa u l-rakkomandabbiltà tal-modifika fil-mod li l-utent tas-servizz ikun appoġġjat.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

Is-Servizzi Residenzjali jistgħu jiġu aċċessati minn kull individwu b’diżabilità, kemm minorenni kif ukoll adulti, li jeħtieġ tali appoġġ u għalhekk mhux ristrett għal xi tip ta’ indeboliment. Is-Servizz isegwi l-kriterji hawn taħt:

  • Tingħata prijorità lil individwi b'diżabilità b'imġieba ta' sfida, f'riskju għoli li jiġu istituzzjonalizzati, jew fil-bżonn kbir
  • It-talba mressqa minn persuna b'diżabilità tista' tiġi milqugħa bir-riżorsi disponibbli bħalissa fir-Residenza partikolari, jekk ikun hemm xi post vakanti. Meta dawn ir-riżorsi ma jkunux aċċessibbli immedjatament, l-Aġenzija Sapport timpenja ruħha li tikseb dawn ir-riżorsi, jew li tipprova ssib postijiet alternattivi
  • l-persuna b'diżabilità, il-familja tagħha, u/jew il-fornituri tas-servizz huma mħeġġa biex jipparteċipaw fil-Pjan ta' Appoġġ Individwali u l-proċess tal-Ippjanar Iċċentrat fuq il-Persuna. Il-persuna b'diżabilità, il-familja tagħha, u/jew il-fornituri tas-servizz huma involuti skont ir-rekwiżiti tas-servizz partikolari

Meta utent tas-servizz jibda joqgħod fir-residenza, 60% tal-pensjoni tad-diżabilità tiġi trasferita lill-Aġenzija, bl-40% li jifdal jintużaw għall-bżonnijiet tal-utent tas-servizz u biex jixtru oġġetti personali. Meta utent tas-servizz ma jkunx jista’ jieħu ħsieb il-finanzi tiegħu/tagħha, dawn jiġu amministrati mill-Kap tar-Residenza u mill-Eżekuttiv tas-Sapport flimkien mad-Dipartiment tal-Finanzi tal-Aġenzija.

Kif tapplika​

Ibgħat talba lis-Servizzi ta’ Ħidma Soċjali biex issir valutazzjoni tad-dħul permezz ta’ email fuq [email protected].