Ħarsa ġenerali​

L-Iskema ta' Ħajja Indipendenti fil-Komunità (ICL), hija pakkett finanzjarju offrut lil persuni b'diżabilità biex jgħixu b'mod aktar indipendenti jew jipprovdu aktar assistenza f'sitwazzjonijiet aktar intensi.

X’se tingħata

Il-pakkett jista’ jkopri servizzi pprovduti minn live-in carer jew ammont ta’ sigħat li jaqbżu l-massimu offrut permezz tar-riżorsi umani tal-Aġenzija stess jew il-Ħlas Dirett (13-il siegħa fil-ġimgħa).

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Fl-istadju tad-dħul is-sitwazzjoni tiġi riveduta minn Ħaddiema Soċjali mit-tim ta’ Valutazzjoni u Intervent ta’ Sapport, li jmexxu l-kuntatt inizjali mal-persuna b’diżabilità u jivvalutaw il-bżonnijiet tagħha u jirreferu lill-utent tas-servizz lill-bord rispettiv biex jiġi allokat sussidju għal sussidju għal għajnuna personali

Kif tapplika​

Referenzi għall-Iskema ta' Ħajja Indipendenti fil-Komunità għandhom l-ewwel jiġu diretti lit-Tim ta' Valutazzjoni u Intervent ta’ Sapport billi tibgħat email lil [email protected].