Aġenzija Sapport tipprovdi placements li huma hands-on u rilevanti għal studenti minn diversi istituzzjonijiet u programmi akkademiċi. L-għan tal-placements huwa li jipprovdu lill-istudenti bl-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza biex jikkumplimentaw l-istudji tagħhom f’diversi oqsma. L-Aġenzija toffri placements fil-biċċa l-kbira tad-dipartimenti, kemm jekk amministrattivi f'ambjenti ta' uffiċċju jew fuq quddiem fis-servizzi, skont ir-rekwiżiti tal-kors rispettiv.
L-għan tal-placements huwa li jipprovdu lill-istudenti bl-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza biex jikkumplimentaw l-istudji tagħhom f’diversi oqsma
Studenti li qed jagħmlu korsijiet varji f'livelli differenti ma' istituti akkademiċi lokali jew internazzjonali.
Imla l-applikazzjoni fuq is-sit tal-Aġenzija u ibgħat. Tista’ wkoll tippreżenta l-formola ta' applikazzjoni fl-uffiċċji tal-Aġenzija f'Santa Venera jew f’Għajnsielem Għawdex jew tibgħatha b’email fuq [email protected]. Għandha tiġi ppreżentata wkoll kopja tal-Kondotta tal-Pulizija maħruġa fl-aħħar 3 xhur.
Aġenzija Sapport
Student Placements
Triq Patri Ġwann Azzopardi,
Santa Venera SVR 1614
tel: 22568000