Ħarsa ġenerali​

Meta tifel jew tifla ssirilha dijanjożi ta’ diżabilità, il-familja tgħaddi minn għadd ta' emozzjonijiet. Familji jistgħu jesperjenzaw ukoll sens ta' djufija u nuqqas ta' kuraġġ. Anki jekk il-ħtiġijiet ta' kull familja huma individwali, xi mistoqsijiet u emozzjonijiet huma komuni fost familji li jkollhom tfal b'diżabilità. Għalhekk Aġenzija Sapport toffri numru ta’ workshops u gruppi ta' sostenn biex tappoġġja lil dawn il-familji.

​X’ser​ tingħata

Workshops informattivi u laqgħat ta’ sapport. L-għan ta' dawn il-workshops huma sabiex jiġu diskussi s-suġġetti ppjanati minn qabel mis-Social Workers u professjonisti oħrajn, li huma ta' interess għall-ġenituri, u diskussjoni miftuħa bħala grupp ta' sapport.

Eliġibbiltà​​

Ġenituri, nanniet, carers u kuraturi ta' tfal b'diżabilità li huma taħt l-età ta' 18-il sena. Dawk interessati li jattendu mhux bilfors li għandhom bżonn jiġu segwiti minn Ħaddiema Soċjali ta’ Aġenzija Sapport.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

applika