Ħarsa ġenerali​

Il-Family Support Unit fi ħdan Aġenzija Sapport jorganizza workshops minn żmien għal żmien għall-aħwa ta’ persuna b’diżabilità. Dawn il-workshops jinkludu suġġetti differenti ta’ diskussjoni li jappellaw għal din l-udjenza.

​X’ser​ tingħata

Il-workshops jagħtu l-opportunità lill-aħwa ta’ persuni b’diżabilità biex jaqsmu l-esperjenzi u l-emozzjonijiet tagħhom. L-aġenda ta’ dawn is-sessjonijiet tinkludi l-qsim ta’ informazzjoni dwar diversi suġġetti ta’ interess relatati mad-diżabilità. Il-parteċipanti jiltaqgħu ma’ individwi oħra li huma fl-istess sitwazzjoni tagħhom, jaqsmu l-esperjenzi flimkien u jkollhom spazju liberu fejn jistgħu jesprimu l-emozzjonijiet tagħhom. Professjonisti f’dan il-qasam ikunu preżenti sabiex imexxu dawn il-laqgħat.

Eliġibbiltà​​

Persuni bejn it-18 u l-35 sena li għandhom ħuthom b’diżabilità.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

applika