Ħarsa ġenerali​

Il-Blue Badge huwa dokument legali li jippermetti lid-detenturi jipparkjaw f'postijiet ta' parkeġġ riżervati. Dan id-dokument jinħareġ minn Aġenzija Sapport lill-applikanti eliġibbli. Persuna tista’ wkoll tapplika f’isem ħaddieħor sabiex tiffaċilita s-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

X’se tingħata

Persuni fil-pussess tal-Blue Badge huma intitolati li jkollhom il-vettura li biha jkunu qed jivvjaġġaw, ipparkjata f’postijiet pubbliċi riservati għal persuni b’diżabilità bil-Blue Badge mqiegħda b’mod prominenti mal-windscreen. L-arranġamenti tal-parkeġġ huma l-istess għad-detenturi tal-Blue Badge fl-Istati Membri kollha tal-UE. Il-Blue Badge hija wkoll rikonoxxuta u tista’ tintuża fl-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, New Zealand, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.

Eliġibbiltà​​

  • Persuni li huma intitolati għall-Karta Ewropea tad-Diżabilità maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u għandhom diżabilità severa u permanenti jew temporanju tal-mobilità.
  • Persuni b’diżabilità permanenti tal-vista, li ma jaqbiżx 6/60 fl-għajn l-aħjar, jew li għandhom limitazzjoni viżwali li ma tħallihomx jaraw minn angolu ta' mill-inqas 20 grad u li jużaw vettura bil-mutur fuq bażi regolari.
  • Persuni li għandhom diżabilità sever permanenti li jsuqu karozza regolarment.
  • Persuni li għandhom diżabilità fiżiku permanenti u sever li jżommhom milli jimxu jew li jagħmlu dan b'diffikultà kbira jew għal dawk li kull sforz biex jimxu jkun ta' detriment għal ħajjithom minħabba d-diżabilità tagħhom u li jagħmlu użu minn vettura bil-mutur b'mod regolari bażi.
  • Persuni b’diżabilità mentali sever jew li juru mġiba severa ta' sfida u li jeħtieġu assistenza u/jew superviżjoni frekwenti matul il-ġurnata u l-lejl u li jużaw vettura bil-mutur fuq bażi regolari.

Kif tapplika​

  • Ma japplikax ħlas meta wieħed japplika għat-tiġdid tal-Blue Badge.
  • Wieħed għandu japplika għat-tiġdid tal-Blue Badge 3 xhur qabel tiskadi l-Blue Badge. 
  • Ritratt tal- passaport bil-kulur (40 mm x 30 mm) u ffirmat riċenti. Rikjest biss jekk ma tkunx se timla l-applikazzjoni online awtentikata b’e-ID. 
  • Firma tal-applikant b’kulur blu fuq karta bajda trid tkun mtellgħa mas-sezzjoni indikata fl-applikazzjoni. Il-firma ser tiġi pprintjata fuq il-Blue Badge jekk l-applikant jinsab eliġibbli għall-Blue Badge.
  • Sabiex wieħed iġedded il-Blue Badge, xorta għandu jiġu preżentat Ċertifikat Mediku mimli mit-tabib tal-persuna b’diżabilità. Il-persuna b’diżabilità tkun mitluba wkoll biex tidher quddiem il-bord mediku. Agħfas hawn biex tniżżel id-dokument ta’ Ċertifikat Mediku li jrid jimtela.
  • Dikjarazzjoni ta’ Kunsens trid tkun iffirmata mill-applikant. Agħfas hawn biex tniżżel id-dokument ta’ Dikjarazzjoni ta’ Kunsens li jrid jimtela u jintbagħat mal-applikazzjoni.
applika