Ħarsa ġenerali​

L-Empowerment Scheme għandha l-għan li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-persuni b'diżabilità sabiex ikunu jistgħu jixtru tagħmir speċjalizzat u li jippermettilhom ukoll jgħixu ħajja aktar indipendenti fid-dar tagħhom u lokalità. L-Iskema hija mmexxija minn Bord indipendenti li jiltaqa’ darba fix-xahar biex jagħmlu l-assessjar u jevalwaw l-applikazzjonijiet li jkunu ġew sottometti matul dak il-perjodu.

​X’ser​ tingħata

Reviżjoni minn Bord maħtur speċifikament minn Aġenzija Sapport skont il-bżonnijiet individwali. L-Empowerment Scheme toffri sussidju tal-ispiża totali tat-tagħmir (eskluża l-VAT). Din l-iskema toffri wkoll sussidju fuq servizzi ta' trasport individwalizzati għal persuni b'diżabilità li jkollhom bżonn imorru għax-xogħol, f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni post-sekondarja, jew jattendu taħriġ sportiv fejn l-applikant ikun irreġistrat taħt Klabb/Organizzazzjoni Sportiva reġistrata. Dan is-sussidju jingħata lill-persuni b'diżabilità li ma jkunux jistgħu jagħmlu użu mit-Trasport Pubbliku

Eliġibbiltà​​

  • Persuni b’diżabilità li jkunu jeħtieġu apparat sabiex jgħinhom jgħixu ħajja indipendenti.
  • L-applikanti jridu jkunu ċittadini Maltin.
  • L-applikanti għandhom jippreżentaw kopja tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità tagħhom mal-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet ma jiġux aċċettati jekk ma tiġix ippreżentata kopja.
  • Jekk it-tagħmir mixtri jaqbeż il-perjodu ta' sena mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, allura tali applikazzjoni tiġi rifjutata immedjatament u l-applikant jiġi infurmat kif xieraq. L-applikant jiġi infurmat bit-telefon u bil-miktub. Id-dokumenti kollha pprovduti jintbagħtu lura lill-applikant flimkien mal-Ittra ta’ Rifjut.
  • Applikanti jistgħu jixtru l-apparat wara konsultazzjoni mat-terapista professjonali tagħhom reġistrata mis-CPCM qabel jissottomettu l-applikazzjoni, pero l-Bord għandu d-dritt li ma japprovax l-applikazzjoni għall-assistenza finanzjarja. 
  • Jekk l-Awdjologu jew il-professjonist ta’ Allied Health, kif applikabbli, jonqos milli jipprovdi n-Numru ta’ Reġistrazzjoni tas-CPCM tiegħu, l-applikazzjoni tiġi rrifjutata immedjatament. Id-dokumenti kollha sottomessi jiġu rritornati lill-applikant flimkien ma’ Refusal Letter. Din il-kundizzjoni tapplika wkoll għat-tobba mediċi li jimlew ir-Rapport Professjonali iżda jonqsu milli jipprovdu n-Numru ta’ Reġistrazzjoni mal-Kunsill Mediku tagħhom.
  • Tagħmir mediku, apparat standard, apparat tal-eżerċizzju, u apparat mainstream (bħal mowbajls/kompjuters/laptops/tablets) mhumiex koperti minn din l-iskema.
  • Applikazzjonijiet sottomessi lil Aġenzija Sapport wara li l-persuna b’diżabilità (jiġifieri l-applikant) tkun laħqet mietet ma jiġux aċċettati.
  • Apparat standard provdut mill-gvern, kemm jekk mingħajr ħlas, b’self, fuq bażi ta’ terminu qasir, jew b’mod permanenti, mhuwiex kopert minn din l-iskema. Dan japplika wkoll għad-detenturi tal-karta r-roża li jixtiequ japplikaw għal assistenza rigward hearing aids. Nuqqas ta’ għarfien dwar din ir-restrizzjoni, jew dwar kwalunkwe terminu u kundizzjoni oħra tal-Empowerment Scheme, kemm mill-professjonist li qed jappoġġja lill-applikant kif ukoll mill-applikant, ma jistax jitqies bħala raġuni li għandha tiġi kkunsidrata għall-aċċettazzjoni tal-applikazzjoni.
  • Jekk applikant li bbenefika mill-Empowerment Scheme fis-snin mgħoddija jissottometti talba għal assistenza finanzjarja għall-istess tip ta’ tagħmir jew għal tagħmir simili qabel il-perjodu ta’ żmien applikabbli (kif indikat fl-applikazzjoni), il-professjonist huwa meħtieġ li jipprovdi ġustifikazzjoni solida fir-Rapport Professjonali, fejn jagħti d-dettalji dwar ir-raġuni għat-talba bikrija. Il-Bord jirriserva d-dritt li ma japprovax l-applikazzjoni għal finanzjament.
  • Applikazzjonijiet għal sussidju ta’ anqas minn €400 ma jiġux ikkunsidrati u jistgħu jiġu referuti lejn entitajiet oħra. Barra minn hekk, kull oġġett mixtri, anke meta jingħaqdu oġġetti flimkien, m'għandux ikun inqas minn €100 għal kull oġġett.
  • Applikazzjonijiet għal apparat bażiku relatat ma’ akkomodazzjoni u li ġejjin minn residenti ta’ sptarijiet jew djar residenzjali ta’ kura, ma jiġux ikkunsidrati.

Nota importanti:

Applikanti jistgħu jissottomettu rikjesta għal assistenza finanzjarja biex jixtru l-istess apparat jew apparat simili jew tiswijiet ta’ apparat, kif ġej:

a. Apparat assistiv – wieħed jista’ jerġa’ japplika wara perjodu ta’ sentejn mill-aħħar applikazzjoni għall-Empowerment Scheme fuq l-istess apparat;

b. Hearing Aid/s – wieħed jista’ jerġa’ japplika wara perjodu ta’ 5 snin mill-aħħar applikazzjoni tal-Empowerment Scheme fuq l-istess tip ta’ hearing aids;

c. Tiswijiet – wieħed jista’ jerġa’ japplika wara perjodu ta’ sena mill-aħħar applikazzjoni tal-Empowerment Scheme fuq l-istess tip ta’ tiswija.

  • Minn żmien għal żmien, il-Bord jista’ joħroġ kundizzjonijiet oħra skont il-bżonn.
  • Aġenzija Sapport u l-bord tal-Empowerment Scheme jirriservaw id-dritt sabiex jivverifikaw informazzjoni sottomessa fl-applikazzjoni ma’ awtoritajiet u entitajiet governattivi, għaqdiet volontarji, u l-Malta Community Chest Fund Foundation.
  • Ukoll, il-Bord jirriserva d-dritt li jvarja l-ammont ta’ sussidju mogħti minn żmien għal żmien skont kif inhu meħtieġ mill-Iskema. Barra minn hekk, il-Bord iżomm id-dritt li ma japprovax l-applikazzjoni skont il-każ. 

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Dokumentazzjoni meħtieġa:

  • Dawk li japplikaw għal tagħmir partikolari jeħtieġ li jippreżentaw rapport mimli minn professjonist, bħal Occupational Therapist, Fiżjoterapista, jew Audiologist (f'każ ta' applikazzjoni għal hearing aids). Dan ikun jeħtieġ li jiġi ppreżentat lill-Bord flimkien ma' formola ta' applikazzjoni.
  • Meta tiġi riċevuta l-Ittra ta’ Approvazzjoni maħruġa mill-Bord tal-Empowerment, wieħed irid jibgħat kopja tal-irċevuta fiskali oriġinali flimkien ma’ kopja tal-ittra lil Aġenzija Sapport, sabiex joħroġ il-ħlas.
applika