Ħarsa ġenerali​

L-iskema ta’ Eżenzjoni mill-Ħlas tal-Liċenzja tat-Triq jippermetti lill-persuni b'diżabilità jew il-ġenituri/carers li jkunu parzjalment jew kompletament eżenti mill-ħlas tal-liċenzja annwali tat-triq.

​X’ser​ tingħata

Il-Ministeru tal-Finanzi, fuq rakkomandazzjoni ta’ Aġenzija Sapport, joħroġ eżenzjoni (sħiħa jew parzjali) fuq il-Liċenzja tat-Triq.

Eliġibbiltà​​

  • Persuni b'diżabilità u gwardjani/ġenituri ta’ persuni b'diżabilità.
  • Vetturi reġistrati mill-1 ta’ Jannar 2009 ’l hawn, jistgħu ma jikkwalifikawx għall-Eżenzjoni mil-Liċenzja tat-Triq jekk l-emissjonijiet tas-Co2 tal-vettura jaqbżu l-limitu stabbilit (aktar minn 150g/km għal vetturi diesel u aktar minn 180g/km għal dawk petrol). Hija r-responsabilità tal-applikant/a li j/tiċċekkja fuq il-logbook tal-vettura. Dan huwa indikat ukoll fuq l-aħħar paġna tal-applikazzjoni.

 

  • Jekk id-diżabilità tal-persuna bdiet fl-età ta’ 65 sena jew wara, hu/hi għandu jkun ix-xufier tal-vettura sabiex i/tkun j/tista’ j/tibbenefika mill-Eżenzjoni mill-Ħlas tal-Liċenzja tat-Triq fuq il-Vettura. Madankollu, dan ma jgħoddx għal individwi li japplikaw fuq Vetturi Aċċessibbli għas-Siġġu tar-Roti. 
  • L-approvazzjoni tal-Eżenzjoni mil-Liċenzja tat-Triq tista’ twassal għal eżenzjoni sħiħa jew eżenzjoni ta’ 50%.
  • Barra minn hekk, jekk l-individwu qed japplika għall-ewwel darba, jew jekk il-bżonnijiet tal-vettura nbidlu mill-applikazzjoni preċedenti, ikun hemm bżonn li jattendi għal appuntament ma’ Occupational Therapist għal assessjar. 

 

Dokumentazzjoni meħtieġa:

• Kopja tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità
• Kopja tal-Liċenzja tas-Sewqan (jekk applikabbli)
• Kopja tal-Liċenzja tat-Triq (id-dokument tond li jitpoġġa mal-windscreen tal-vettura) 
• Kopja tal-logbook tal-vettura li ser tiġi eżentata
• Kopji tal-Karti tal-Identità rispettivi, f’każ li ġenituri (carers), jew membri tal-familja tal-ewwel grad ta’ parentela, jew il-konjuġi qegħdin japplikaw f’isem l-applikant, fejn applikabbli.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

applika