Ħarsa ġenerali​

Din il-formola tintuża għal ħatra ta' Amministratur sabiex jaġixxi f'isem persuna b'diżabilità mentali jew oħra, kif ukoll f'isem persuna taħt it-18-il sena li ma tistax taġixxi f'isimha stess. Amministratur jista’ jaċċetta li jaħtar persuna sabiex taġixxi bħala aġent f’isimha.

X’se tingħata

Persuna fdata tista’ taġixxi bħala Amministratur jew Aġent ta’ Amministratur għal benefiċċjarju.

Eliġibbiltà​​

"L-amministratur li jkun se jinħatar għandu jiġi awtentikat permezz ta' rakkomandant bħal Qassis, Tabib jew Speċjalista, Gradwat tal-Università, Membru tal-Parlament, Maniġer ta' Bank, Uffiċjal Pubbliku mhux inqas minn grad ta' Prinċipal jew Uffiċjal tal-Pulizija mhux taħt il-grad ta' Spettur.

F’każ ta’ Pensjoni ta’ Diżabilità, it-taqsima ta’ xhud trid timtela strettament minn Tabib jew Speċjalista."

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika