Ħarsa ġenerali​

Aġenzija Sapport toffri s-servizz tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità li tippermetti lil persuni b’diżabilità sabiex japplikaw għal numru ta’ servizzi offruti minn dipartimenti tal-Gvern jew entitajiet privati.

​X’ser​ tingħata

Id-detenturi tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità huma intitolati għal servizzi u benefiċċji meta jippreżentaw id-dokument. 

Agħfas hawn għal lista sħiħa ta’ benefiċċji:.https://www.eudisabilitycard.org.mt/.

Eliġibbiltà​​

•Persuni b’diżabilità, kif definiti fl-Att tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) (Kap. 627). “Persuni b’diżabilità jinkludu dawk li għandhom indebolimenti fit-tul fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorji li f’interazzjoni ma’ diversi ostakli jistgħu jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma’ oħrajn” (Artikolu 1 tal-UNCRPD).

Additional information:
 

• Il-Karta Ewropea tad-Diżabilità hija inizjattiva li ġiet ippilotata fi tmien Stati Membri tal-UE inkluż Malta fl-2015. L-għan tad-dokument huwa li jippermetti lill-persuni b’diżabilità li jivvjaġġaw lejn Stati Membri tal-UE parteċipanti oħra biex juru li għandhom diżabilità ċċertifikata fl-Istat Membrum inn fejn ġejjin, u biex jaċċessaw benefiċċji offruti lil persuni b’diżabilità f’kull Stat Membru (inkluż tagħhom).

• Id-detenturi tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità jistgħu japplikaw għal numru ta’ skemi u servizzi governattivi mmirati għal persuni b’diżabilità u jistgħu jibbenefikaw minn diversi konċessjonijiet provduti fid-diskrezzjoni ta’ entitajiet pubbliċi u stabbilimenti privati. Madankollu, il-Karta Ewropea tad-Diżabilità hija waħda mill-kriterji ta' eliġibilità rilevanti għal tali skemi u servizzi, u ma tagħtix eliġibilità awtomatika.
• Huwa importanti li tiġġedded il-Karta Ewropea tad-Diżabilità mill-inqas tliet (3) xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tagħha,peress li d-dokumenti skaduti huma invalidi.
• It-tiġdid ta' dan id-dokument huwa r-responsabilità tad-detentur
• Jekk il-Karta Ewropea tad-Diżabilità tintilef, id-detentur għandu jagħmel rapport lil Aġenzija Sapport u jagħmel talba biex jinħareġ dokument ġdid. Huwa applikabbli ħlas amministrattiv ta' €5.

 

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

applika