• ID login
  •  

Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali


x’qiegħed tfittex?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Home > Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali > Inklużjoni Soċjali > Persuni b'Diżabilità

Persuni b'Diżabilità

  • Empowerment Scheme

    L-Empowerment Scheme tipprovdi appoġġ finanzjarju u gwida lill-persuni b'diżabilità sabiex ikunu jistgħu jixtru tagħmir li jippermettulhom li jgħixu ħajja aktar indipendenti. L-Iskema hija mmexxija minn Bord indipendenti li jinkludi numru ta' professjonisti, li jagħtu pariri u jipprovdu informazzjoni lil persuni b'diżabilità dwar kif jistgħu jixtru tagħmir skont il-bżonnijiet individwali tagħhom.
  • Workshops u Support Groups - Aġenzija Sapport

    Meta tifel jew tifla ssirilha dijanjożi ta’ diżabilità, il-familja tgħaddi minn għadd ta' emozzjonijiet. Familji jistgħu esperjenzaw ukoll sens ta' djufija u nuqqas ta' kuraġġ. Anki jekk il-ħtiġijiet ta' kull familja huma individwali, xi mistoqsijiet u emozzjonijiet huma komuni fost familji li jkollhom tfal b'diżabilità. Għalhekk is-Servizzi Soċjali tal-Aġenzija Sapport nieda Workshops u gruppi ta' sapport biex jilħaq lil dawn il-familji.
  • Applikazzjoni għall-Eżenzjoni mill-Ħlas tal-Liċenzja tat-Triq fuq Vettura

    L-iskema ta’ Eżenzjoni mill-Ħlas tal-Liċenzja tat-Triq jippermetti lill-persuni b'diżabilità jew il-ġenituri/carers li jkunu parzjalment jew kompletament eżenti mill-ħlas tal-liċenzja annwali tat-triq, skont iż-żmien tal-vettura.
  • Ċentru tal-Ħajja Indipendenti Sonia Tanti

    Iċ-Ċentru ta’ Ħajja Indipendenti Sonia Tanti (STILC) huwa l-ewwel ċentru ta’ għixien indipendenti ta’ Malta u jifforma parti mis-CRPD (Kummisjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità). Iċ-Ċentru jipprovdi lill-persuni b’diżabilità u lill-familji tagħhom b’parir, informazzjoni u taħriġ sabiex jiksbu, jerġgħu jiksbu jew iżommu l-indipendenza tagħhom l-aktar billi jkollhom il-mezzi għall-mobilità proprja.
  • Eżenzjoni mit-Taxxa tar-Reġistrazzjoni fuq Vettura

    L-għan ta’ din l-iskema huwa li tipprovdi appoġġ u għajnuna finanzjarja lill-persuni b'diżabilità u l-familji tagħhom biex jakkwistaw mezz ta' trasport adattati għall-bżonnijiet tagħhom.
  • Gruppi ta’ Sapport għall-Aħwa ta’ Persuni b’Diżabilità

    Id-Dipartiment tal-Ħidma Soċjali jorganizza workshops minn żmien għal żmien għall-aħwa ta’ persuna b’diżabilità. Dawn il-workshops jinkludu suġġetti differenti ta’ diskussjoni li jappellaw għal din l-udjenza.
  • Ħatra ta’ Amministratur jew Aġent ta’ Amministratur għal Pensjonijiet u Benefiċċji għal Pensjonijiet

    Din il-formola tintuża għal ħatra ta' Amministratur sabiex jaġixxi f'isem persuna b'diżabilità mentali jew oħra, kif ukoll f'isem persuna taħt it-18-il sena li ma tistax taġixxi f'isimha stess. Amministratur jista’ jaċċetta li jaħtar persuna sabiex taġixxi bħala aġent f’isimha.
  • Karta tal-Identità Speċjali u Karta Ewropea tad-Diżabilità (Karta tal-SID-UE)

    Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) toffri Karta (Special ID Card) tal-SID-UE lil persuni b’diżabilità sabiex tgħinhom ikollhom rwol attiv fis-soċjetà.
    Detentur tal-Karta tal-SID-UE jista' japplika għal numru ta’ servizzi mmirati għal persuni b’diżabilità fi ħdan dipartimenti tal-Gvern jew stabbilimenti privati.

  • Kustodja għal Persuna li għandha Diżabilità jew Diżordni Mentali

    Is-sistema tal-kustodja hija relazzjoni legali bejn persuna li għandha diżabilità jew diżordni mentali u persuna oħra msejħa l-Kustodju. L-iskop tal-Kustodju hu li jipprovdi appoġġ lill-persuna fl-immaniġġjar tal-affarijiet tagħha stess u li tiffavorixxi d-drittijiet u l-aħjar interessi tagħha.
  • Riferiment għal Servizz ta' Ħidma Soċjali mis-Sapport

    Professjonisti li għandhom bżonn jirreferu persuni b’diżabilità lejn is-servizzi tal-Aġenzija Sapport. L-ewwel kuntatt tal-klijenti għas-servizzi kollha tal-Aġenzija hu permezz tal-Ħaddiema Soċjali.
  • 1
  • 2
next

​​avvenimenti

 

Visit Malta

Is-sit uffiċjali tat-Turiżmu għal Malta, Għawdex u Kemmuna​

 

​​Freephone 153​
​​​servizz@gov.mt​​​
servizz logo
​​ikkuntattjana
​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​​
© servizz.gov 2020