L-għan tal-Awtorità tad-Djar huwa li tagħti għajnuna lil persuni b'diżabilità biex jagħmlu r-residenza tagħhom adegwata għall-bżonnijiet tagħhom jew biex jikkonvertu parti mill-bini eżistenti sabiex il-persuna b'diżabilità tgħix b'mod indipendenti jew semi-indipendenti qrib il-familja.
Din l-iskema tipprovdi li, qabel ma tingħata assistenza finanzjarja, l-Awtorità tagħti pariri tekniċi fir-rigward tan-natura tax-xogħlijiet ta' adattament, li jeħtieġ li jitwettqu għall-aħjar benefiċċju għall-applikant jew għall-persuna b'diżabilità.