Ħarsa ġenerali​

Ġenitur waħdu jew separat li għandu l-kura u l-kustodja ta’ wild/ulied minuri taħt it-18-il sena u li jikkwalifika għal Assistenza; Allowance jew Pensjoni Mhux Kontributorja, għandu jimla formola ta’ dikjarazzjoni biex jikkonferma liema ġenitur għandu l-kura u l-kustodja (de facto) ta' kwalunkwe minuri, f'każ li kuntratt ta’ separazzjoni ma jkunx disponibbli. Il-kustodju (de facto) għandu jiddikjara jekk jirċieviex xi manteniment għal-wild/ulied minuri.

X’se tingħata

L-intitolament għal Assistenza, Allowance jew Pensjoni mhux kontributorja għandu jingħata lill-ġenitur fdat bil-kura u l-kustodja tal-wild/ulied.

Eliġibbiltà​​

Ġenitur waħdu jew separat li jkollu wild/ulied jgħixu fl-istess dar.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika