Ħarsa ġenerali​

L-Assistenza għal Mard tingħata lil persuna jekk turi provi li jissodisfaw lid-Direttur tas-Sigurtà Soċjali li l-persuna responsabbli tal-familja jew kwalunkwe membru tal-familja li jgħix fid-dar, qed tbati minn marda elenkata hawn taħt, li titfejjaq jew tittaffa biss b’dieta jew regoli dwar dieta speċjali li jġibu magħhom spiża addizzjonali.

 

  1. Mard ta’ Natura Malinja

     

  2. Mard Kardjovaskulari:
    a)    Falliment Konġestiv tal-Qalb
    b)    Pressjoni Għolja persistenti b'kejl tad-Dijastolika ‘l fuq minn 110 jekk baqgħet mhux trattata

     

  3. Mard Endokrinali:
    a)    Il-marda ta’ Addison
    b)    Diabete Mellitus taż-Żgħar 
    c)    Disturbi kkawżati minn nuqqas ta’ Enżimi

     

  4. Mard tal-Kliewi:
    a)    Sindromu Nefrotiku 
    b)    Insuffiċjenza Renali Kronika

     

  5. Sistema diġestiva:
    a)    Ulċera Peptika (fl-istonku u fid-duwodenu) Kronika
    b)    Il-Marda Coeliac u Stejatorreja Idjopatika
    c)    Il-Marda ta’ Crohn u Kolite Ulċerattiva

     

  6. Mard tal-Fwied:
    a)    Ċirrożi Epatika flimkien ma’ Axxite jew Sintomi Newroloġiċi
    b)    Il-Marda ta’ Wilson

     

  7. Iskiżofrenja Kronika
    a)    Bi-polar Disorder
    b)    Dipressjoni bi Psikosi

     

  8. Infezzjoni bil-mikrobu tal-H.I.V.

     

  9. Chronic lymphedema disease

     

  10. Fibromyalgia

     

  11. Myalgic Encephalomyelitis (ME)

     

  12. Fibrous Dsyplasia

     

  13. Mard Ieħor:
    a)    Ħsara Fiżika jew Mentali kkawżata mid-Dijabete Mellitus sew jekk konġenitali jew akkwiżita
    b)    Il-każijiet kollha tad-Dijabete
    c)    Mard Terminali

​X’ser​ tingħata

L-Assistenza għal Mard titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

L-ewwel pagament joħroġ mil-ewwel Sibt minn wara d-data ta’ l-applikazzjoni.

 

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

  • L-assi kapitali ta’ koppja ma jridux jeċċedu sitta u għoxrin elfewro (€26,000,) u dawk ta’ persuna waħedha ma jridux jeċċedu sittax-il elf ewro (€16,000). 

  • Għandhom kundizzjoni medika skont kif indikat fil-lista t’hawn fuq.

  • Id-dħul fil-ġimgħa ma jeċċedix mitejn u erba’ u tletin ewro u tmienja u tmenin ċenteżmu (€234.88) għal koppja u mitejn u għaxar ewro u sebgħa u disgħin ċenteżmu (€210.97) għal persuna waħedha.

  • Il-persuna ma tridx tkun impjegata jew sakemm ma’ taqlax aktar minn sbatax-il ewro u ħamsin ċenteżmu (€17.50) fil-ġimgħa.

  • F’każ ta’ koppja fejn wieħed jew waħda minnhom tkun qed tirċievi xi wieħed mill-assistenzi għal diżabilità u ma tkunx taħdem, dan id-dħul jiġi njorat.

  • F’każ ta’ koppja fejn wieħed jew waħda minnhom tkun qed tirċievi l-Allowance Miżjuda għal Carers u l-Allowance għal Carers, dan id-dħul jiġi njorat.

  • B’effett minn Jannar 2023, persuni li ma jkunux f’impjieg u li jkunu jirċievu l-benefiċċju kontributorju tal-Mard (SB), Benefiċċju tal-Qgħad (UB) jew Benefiċċju Speċjali tal-Qagħad (SUB) jistgħu jiġu ntitolati għall-Assitenza għal Mard jekk jissodisfaw it-test tal-mezzi tal-Assistenza għal Mard.  F’dawn il-każijiet id-dħul li jkun ġej mill-Benefiċċju tal-Mard jew Benefiċċju tal-Qgħad se jkun qieħed jiġi njorat għall-finijiet ta’ test tal-mezzi fl-Għajnuna Medika.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:

 

  • Rapport tat-Tabib – Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument li jrid jiġi ffirmat u ttimbrat minn tabib.

  • Rendikont tal-kontijiet kollha tal-Bank, kemm dawk lokali kif ukoll dawk barranin.

  • Dikjarazzjonijiet / dokumenti relattivi dwar dħul li ġej minn pensjonijiet barranin.

  • Irċevuti u/jew kuntratt tal-kera, jekk tħallas il-kera ta’ fejn tirrisjedi.

  • Kopja tal-kuntratt tal-kera, jekk għand dħul minn renti ta’ propjetajiet oħra.

  • Logbook ta’ kull vettura li hemm fuq ismek. 

  • Dokumenti/kuntratti relatati ma’ kwalukwe propjetà u/jew sehem fi propjetà.

  • F’każ li kien hemm xi donazzjonijiet kemm ta’ flus jew arja ta’ propjetà, trid tipprovdi kopja ta’ dokument/i legali neċessarji.

  • Jekk għandek sehem f’xi Stocks/Shares/Bonds, trid tipprovdi dokumenti relatati.

  • Jekk miżżewweġ/miżżewġa, f’unjoni ċivili jew koabitazzjoni (kemm jekk koabitazzjoni reġistrata jew le) u l-konjuġi jew sieħeb/sieħba jaħdem/taħdem, trid tipprovdi kopja tal-payslip.

  • F’każ ta’ separazzjoni jew divorzju, trid tipprovdi kopja tal-kuntratt ta’ separazzjoni jew dokumenti tad-divorzju.

Kif tapplika​

Ladarba tiġi sottomessa u vverifikata l-applikazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, wara titressaq għar-rakkomandazzjoni tal-Bord Mediku, maħtur skont l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Ladarba l-Bord japprova t-talba, tibda l-proċedura għall-ħlas. Jekk it-talba tiġi rrifjutata, il-persuna li tkun għamlet it-talba tiġi infurmata b'dan bil-miktub.


Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

applika