• ID login
  • My Cases
  •  

Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Inklużjoni, Ugwaljanza u Ħarsien Soċjali > Solidarjetà Soċjali > Benefiċċji Soċjali > Benefiċċji għall-Familja

Benefiċċji għall-Familja

  • Allowance għal Tfal fil-Kura - Servizz Residenzjali (DSS)

    Allowance għal Tfal fil-Kura - Servizz Residenzjali titħallas lil Djar residenzjali li jipprovdu servizz residenzjali lit-tfal.

     

    Barra minn hekk, din l-allowance titħallas sakemm it-tfal jagħlqu wieħed u għoxrin (21) sena.

  • Allowance għal Tfal fil-Kura - Servizz ta' Foster Care - Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju (DSS)

    L-Allowance għal Tfal fil-Kura – Servizz ta’ Foster Care - Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju jingħata lill-Foster Carer/s awtorizzati, li wara li jkunu pprovdew servizz ta’ fostering lil xi tifel/tifla/tfal, jiddeċiedu li jaddottaw dan/dawn l-istess tifel/tifla/tfal. L-Allowance tal-fostering jiġi mwaqqaf gradwalment fuq erbgħa (4) snin, jew sakemm it-tifel/tifla jagħlqu wieħed u għoxrin (21) sena, skont liema jseħħ l-ewwel.

     

    Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali jekk jogħġbok ikklikkja hawn.

  • Allowance għal Tfal fil-Kura - Servizz ta' Foster Care (DSS)

    Allowance għal Tfal fil-Kura – Servizz ta’ Foster Care tingħata lil foster carers awtorizzati sabiex jipprovdu servizz ta’ foster care lit-tfal.

    Barra minn hekk din l-Allowance titħallas sakemm it-tfal jagħlqu wieħed u għoxrin (21) sena.

    Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

  • Allowance għall-Tfal b'Diżabilità (DSS)

    L-Allowance għall-Tfal b’Diżabilità tista’ tingħata lil tfal li jiġu ċċertifikati li jbatu minn xi diżabilità fiżika u/jew mentali. Din l-allowance hi separata mill-Allowance tat-Tfal u hija valida sakemm it-tfal jagħlqu sittax-il (16)l sena, jew erbatax-il (14) sena f’każ ta’ problemi fil-viżta.

  • Allowance Supplimentari – Mhux Responsabbli tal-Familja (DSS)

    L-Allowance Supplimentari tista’ tingħata lil persuna waħeda, li taħdem bi dħul baxx, li ma tkunx qed tirċievi Allowance tat-Tfal u mhux responsabbli tal-familja li tgħix magħha. Din l-allowance hija maħsuba sabiex tgħin lill-persuna eliġibbli tlaħħaq mar-rekwiżiti tad-dħul tagħha.

  • Allowance Supplimentari - Responsabbli tal-Familja (DSS)

    L-Allowance Supplimentari tista’ tingħata lil persuna li għandha dħul baxx u li ma tkunx qed tirċievi Allowance tat-Tfal. Din l-allowance hija maħsuba sabiex tgħin lill-persuna eliġibbli tlaħħaq mar-rekwiżiti tad-dħul tagħha.

  • Allowance Supplimentari ta’ Ltim (DSS)

    L-Allowance Supplimentari ta’ Ltim tista’ tingħata lil persuna li tkun fdata bil-kura u kustodja ta’ żagħżugħ/a ta’ bejn sittax-il (16) sena u wieħed u għoxrin (21) sena, li jkollhom il-ġenituri t-tnejn mejtin.

     

    Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

  • Allowance ta’ Ltim (DSS)

    L-Allowance ta’ Ltim tista’ tingħata lil persuna li tkun fdata bil-kura u kustodja tat-tfal li l-l-ġenituri tagħhom ikunu mejtin.

     

    Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.
     

  • Allowance tat-Tfal - Allowance Speċjali tal-Istudent (DSS)

    Dan il-benefiċċju jgħin ġenituri, kif ukoll ġenituri li jiffosterjaw jew kustodji legali li jkollhom tfal bejn sittax (16) u għoxrin (20) sena imma għadhom ma għalqux il-wieħed u għoxrin sena (21) sena fil-bidu tas-sena skolastika u li jkomplu bl-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom, irrilevanti jirċievux stipendju mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew le. F’każ li l-istudent ikun jgħix waħdu jew dawk li jgħixu f’istituzzjoni, il-benefiċċju jinħareġ f’isem l-istudent. Intant, student li jagħlaq għoxrin (20) sena matul is-sena skolastika, xorta jibbenefika mill-massimu ta’ tliet (3) pagamenti ta’ ħames-mitt ewro (€500) fis-sena sakemm jibqa’ fl-edukazzjoni post-sekondarja. Tali benefiċċju jingħata wkoll lill-ġenituri li jiffosterjaw u li huma eliġibbli.

  • Allowance tat-Tfal - Talba għal Reviżjoni (DSS)

    Benefiċjarji li qed jirċievu l-Allowance tat-Tfal huwa obbligati li jirrapporta kwalunkwe tibdil fiċ-ċirkostanzi marbuta mal-eliġibbiltà għall-allowance sabiex jingħata l-ammont korrett ta’ allowance.

  • 1
  • 2
  • 3
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025